2. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-kontroll perjodiku tal-bdoti għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (D042244/03 - 2016/2545(RPS) - skadenza: 23 ta' April 2016) irriferut responsabbli: TRAN
- Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi (D042440/02 - 2016/2544(RPS) - skadenza: 23 ta' April 2016) irriferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-“sikurezza fil-mini ferrovjarji” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (D043314/01 - 2016/2533(RPS) - skadenza: 20 ta' April 2016) irriferut responsabbli: TRAN
3. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk l-ammonti irrekuperabbli għandhomx jiġu rimborżati mill-Istati Membri fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (C(2016)00268 - 2016/2562(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 29 Jannar 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), EMPL (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' derogi li jikkonċernaw muniti b'restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' assi likwidi (C(2016)00270 - 2016/2551(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 26 Jannar 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
4. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
Bi qbil mal-Artikoli 27 u 179 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kkomunika lill-Awtorità tal-baġit il-proposta tiegħu għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 46/2015 - Taqsima III – Il-Kummissjoni.
Bi qbil mal-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri Nru V/AB-01/A/16.
Bi qbil mal-Artikoli 27 u 179(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 46/2015.
5. Dokumenti mressqa
Id-dokument segwenti tressaq mill-Kummissjoni:
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 01/2016 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0011/2016 - C8-0014/2016 - 2016/2014(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
6. Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 u tad-19 ta' Frar 2016 (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 u tad-19 ta' Frar 2016 (2015/3022(RSP))
Bert Koenders (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Raymond Finch, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Richard Sulík, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Molly Scott Cato, Marine Le Pen f'isem il-Grupp ENF, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, u Diane Dodds Membru mhux affiljata.
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President
Interventi ta': Herbert Reul, Enrique Guerrero Salom, Hans-Olaf Henkel, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gilles Lebreton, Catherine Bearder, li rrifjutat mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Martina Anderson, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Alyn Smith, Jill Evans, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Rolandas Paksas, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Harald Vilimsky, Sotirios Zarianopoulos, Andrzej Grzyb, Roberto Gualtieri, Anna Elżbieta Fotyga, Sophia in 't Veld, Luke Ming Flanagan, Jean Lambert, Piernicola Pedicini, Olaf Stuger, Françoise Grossetête, Tanja Fajon, Timothy Kirkhope, Pavel Telička, João Ferreira, Molly Scott Cato, Peter Lundgren, João Ferreira, Janice Atkinson, Esteban González Pons, Knut Fleckenstein, Richard Sulík, Marielle de Sarnez, Neoklis Sylikiotis, Peter Eriksson, Gianluca Buonanno, Elisabetta Gardini, Maria João Rodrigues, Evžen Tošenovský, György Schöpflin, Josef Weidenholzer, Sander Loones, Mariya Gabriel, Birgit Sippel, Luděk Niedermayer, Patrizia Toia, Othmar Karas, Péter Niedermüller, Dubravka Šuica, Richard Corbett, Manolis Kefalogiannis, Catherine Stihler, Paulo Rangel, Maria João Rodrigues, biex tagħmel stqarrija personali b'segwitu għall-intervent tal-kelliem preċedenti, Jeppe Kofod, Milan Zver, Iratxe García Pérez, Lefteris Christoforou, Clare Moody, Angelika Niebler, Elisa Ferreira u Tunne Kelam.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Henna Virkkunen u Ana Gomes.
Interventi ta': Jean-Claude Juncker u Bert Koenders.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Martin SCHULZ President
7. Seduta solenni - Niġerja
Mill-12.05 san-12.35 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni taż-żjara ta' Muhammadu Buhari, President tar- Repubblika Federali tan-Niġerja.
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME Viċi President
8. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
8.1. Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova: il-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [COM(2015)0154 - C8-0092/2015 - 2015/0079(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0364/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI U ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.2. Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġeorġia: il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra [COM(2015)0155 - C8-0091/2015 - 2015/0080(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Gabrielius Landsbergis (A8-0365/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI U ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Gabrielius Landsbergis (rapporteur), qabel il-votazzjoni.
8.3. Ratifika tat-Trattat ta' Marrakesh, abbażi ta' petizzjonijiet riċevuti, b'mod partikolari Petizzjoni 924/2011 (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura minn Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat PETI, dwar ir-ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx, ibbażata fuq petizzjonijiet riċevuti, b'mod partikolari l-Petizzjoni Nru. 924/2011 (2016/2542(RSP)) (B8-0168/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura minn Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042684 - 2015/2547(RPS)) (B8-0133/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
8.5. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: Awtorizzazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 x MON 89788(votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura minn Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (MON-877Ø8-9 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042682 - 2015/2548(RSP)) (B8-0134/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
8.6. Oġġezzjoni skont l-Artikolu106: Awtorizzazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 x MON 89788(votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura minn Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (MON-877Ø5-6 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042681 - 2015/2549(RSP)) (B8-0135/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
8.7. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura minn Matthias Groote, Gerben-Jan Gerbrandy, Bas Eickhout, Merja Kyllönen u Piernicola Pedicini, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (D042120/03 - 2015/2988(RPS)) (B8-0040/2016)
(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Rifjut
Interventi
Qabel il-votazzjoni, Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) u Giovanni La Via (President tal-Kumitat ENVI).
8.8. Negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)(votazzjoni)
Rapport li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) [2015/2233(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Viviane Reding (A8-0009/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) - (2015/2988(RSP)) - B8-0040/2016 Bendt Bendtsen, Mark Demesmaeker, Daniel Hannan, Markus Pieper, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jiří Pospíšil, Estefanía Torres Martínez, Hannu Takkula, Nicola Caputo, Zoltán Balczó, Michaela Šojdrová u Seán Kelly
Rapport Viviane Reding - A8-0009/2016 Jude Kirton-Darling, Eleonora Forenza, Daniel Hannan, Monica Macovei, Tiziana Beghin, Hannu Takkula, Nicola Caputo, Andrejs Mamikins, Zoltán Balczó, Stanislav Polčák u Seán Kelly
Strateġija Ġdida għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa wara l-2015 - (2016/2526(RSP)) - B8-0148/2016, B8-0150/2016 Eleonora Forenza, Michela Giuffrida, Tania González Peñas, Monica Macovei, Marlene Mizzi, Jiří Pospíšil, Andrejs Mamikins, Marek Jurek, Michaela Šojdrová, Stanislav Polčák u Seán Kelly.
10. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq il-Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.00. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ Viċi President
11. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
12. Rapport ta' Progress 2015 dwar is-Serbja (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Rapport ta' Progress 2015 dwar is-Serbja (2015/2892(RSP))
Bert Koenders (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': David McAllister f'isem il-Grupp PPE, Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Takis Hadjigeorgiou f'isem il-Grupp GUE/NGL, Igor Šoltes f'isem il-Grupp Verts/ALE, James Carver f'isem il-Grupp EFDD, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Knut Fleckenstein, Ruža Tomašić, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Ivan Jakovčić, Tamás Meszerics, Edouard Ferrand, Eduard Kukan, Richard Howitt, Monica Macovei, Andor Deli, Paul Tang, Andrej Plenković, Emilian Pavel, Alojz Peterle, Tonino Picula, László Tőkés, Olle Ludvigsson, Andrey Kovatchev, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Angel Dzhambazki, Soraya Post, li rrifjutat mistoqsija "karta blu" ta' Gianluca Buonanno, u Miroslav Poche, li wkoll irrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' Gianluca Buonanno.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marijana Petir, Notis Marias, Jozo Radoš, Ulrike Lunacek, Fabio Massimo Castaldo, Zoltán Balczó, Dubravka Šuica, Csaba Sógor u Franc Bogovič.
Interventi ta': Johannes Hahn u Bert Koenders.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— David McAllister, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-Rapport tal-2015 dwar is-Serbja (2015/2892(RSP)) (B8-0166/2016).
13. Proċess ta' integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Proċess ta' integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo (2015/2893(RSP))
Bert Koenders (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lars Adaktusson f'isem il-Grupp PPE, Pier Antonio Panzeri f'isem il-Grupp S&D, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp ALDE, Javier Couso Permuy, Georg Mayer f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos, Membru mhux affiljat, David McAllister, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Tonino Picula, Kazimierz Michał Ujazdowski, Jozo Radoš, Dominique Bilde, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Eduard Kukan, Ulrike Lunacek, biex tirreaġixxi għall-intervent ta' Eduard Kukan, Franz Obermayr, fuq l-intervent ta' Ulrike Lunacek, u Julie Ward.
PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN Viċi President
Interventi ta': Ilhan Kyuchyuk, Andrej Plenković, Daniele Viotti, László Tőkés, Andrejs Mamikins, Alojz Peterle u Francisco Assis.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Dubravka Šuica, Notis Marias, Csaba Sógor, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, James Carver u Franz Obermayr.
Interventi ta': Johannes Hahn u Bert Koenders.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Ulrike Lunacek, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-Rapport tal-2015 dwar il-Kosovo (2015/2893(RSP)) (B8-0167/2016).
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Il-proċess elettorali fil-Haiti (2016/2560(RSP))
Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': Davor Ivo Stier f'isem il-Grupp PPE, Elena Valenciano f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, Pier Antonio Panzeri, Marlene Mizzi u Cécile Kashetu Kyenge.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Notis Marias u Ivan Jakovčić.
Intervent ta': Corina Crețu.
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
Id-dibattitu ngħalaq.
15. Sitwazzjoni fil-Libja (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP))
Bert Koenders (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': Mariya Gabriel f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE, Javier Couso Permuy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Diane Dodds Membru mhux affiljata, Elmar Brok, Pier Antonio Panzeri, Mark Demesmaeker, Barbara Spinelli, Jordi Sebastià, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' James Carver, Raymond Finch, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jiří Pospíšil, Marie-Christine Arnautu, Aymeric Chauprade, Cristian Dan Preda, Ana Gomes, Anna Elżbieta Fotyga, Louis Aliot, Francisco José Millán Mon, Gilles Pargneaux, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gianluca Buonanno, Bas Belder, Eduard Kukan, Elena Valenciano, Amjad Bashir, David McAllister, Alfred Sant, Mirosław Piotrowski, Santiago Fisas Ayxelà, Afzal Khan, Jana Žitňanská, Tunne Kelam u Jaromír Štětina.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':Jiří Pospíšil, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Stanislav Polčák u Csaba Sógor.
Intervent ta': Bert Koenders.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Charles Tannock, Raffaele Fitto, Angel Dzhambazki, Ruža Tomašić, Ryszard Antoni Legutko, Tomasz Piotr Poręba, Ryszard Czarnecki, Monica Macovei, Pirkko Ruohonen-Lerner, Geoffrey Van Orden, Anna Elżbieta Fotyga, Jana Žitňanská, Branislav Škripek, Kazimierz Michał Ujazdowski, Beatrix von Storch, f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) (B8-0146/2016);
— Pavel Telička, Petras Auštrevičius, Dita Charanzová, Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Norica Nicolai, Urmas Paet, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Renate Weber, Nedzhmi Ali, f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) (B8-0169/2016);
— Barbara Lochbihler, Igor Šoltes, Ernest Urtasun, Bronis Ropė, Klaus Buchner, Bodil Valero, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) (B8-0170/2016);
— Elmar Brok, Cristian Dan Preda, Andrej Plenković, Mariya Gabriel, David McAllister, Tunne Kelam, Michael Gahler, Barbara Matera, Daniel Caspary, Davor Ivo Stier, Roberta Metsola, Kinga Gál, Adam Szejnfeld, Therese Comodini Cachia, Traian Ungureanu, Lorenzo Cesa, Dariusz Rosati, Tokia Saïfi, Lara Comi, Milan Zver, Ramón Luis Valcárcel Siso, f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) (B8-0177/2016);
— Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Ana Gomes, Richard Howitt, Pier Antonio Panzeri, Nikos Androulakis, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Nicola Caputo, Andi Cristea, Miriam Dalli, Viorica Dăncilă, Nicola Danti, Isabella De Monte, Tanja Fajon, Eugen Freund, Doru-Claudian Frunzulică, Eider Gardiazabal Rubial, Enrico Gasbarra, Neena Gill, Theresa Griffin, Enrique Guerrero Salom, Sergio Gutiérrez Prieto, Cătălin Sorin Ivan, Liisa Jaakonsaari, Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Javi López, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Costas Mavrides, Marlene Mizzi, Luigi Morgano, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Péter Niedermüller, Demetris Papadakis, Vincent Peillon, Pina Picierno, Tonino Picula, Kati Piri, Miroslav Poche, Soraya Post, Gabriele Preuß, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Elena Valenciano, Julie Ward, Josef Weidenholzer, Carlos Zorrinho, f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) (B8-0178/2016);
— Jean-Luc Schaffhauser, Mireille D'Ornano, Edouard Ferrand, Mario Borghezio, Harald Vilimsky, Gerolf Annemans, f'isem il-Grupp ENF, dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) (B8-0179/2016);
— Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis, Fabio De Masi, Ángela Vallina, Sofia Sakorafa, Kostas Chrysogonos, Stelios Kouloglou, Kostadinka Kuneva, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) (B8-0180/2016);
— Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Rolandas Paksas, f'isem il-Grupp EFDD, dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP)) (B8-0181/2016).
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni fil-Venezwela (2016/2538(RSP))
Il-Presidentjixtieq, f'isem il-Parlament, jagħti merħba lil Mitsy Capriles de Ledezma, nominata għall-Premju Sakharov 2015, u lid-delegazzjoni tagħha mill-Venezwela, li ser isegwu d-dibatittu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela mill-gallarija għall-viżitaturi distinti.
Bert Koenders (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Lidia Senra Rodríguez, Ramón Jáuregui Atondo f'isem il-Grupp S&D, José Inácio Faria f'isem il-Grupp ALDE, u Javier Couso Permuy f'isem il-Grupp GUE/NGL.
PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI Viċi President
Interventi ta': Esteban González Pons, biex jagħmel mistoqsija "karta blu" lil Javier Couso Permuy, li wieġeb, u li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' José Inácio Faria, Jordi Sebastià f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, Edouard Ferrand f'isem il-Grupp ENF, Elmar Brok, Francisco Assis, Dita Charanzová, Luis de Grandes Pascual, Elena Valenciano, Beatriz Becerra Basterrechea, Davor Ivo Stier, Carlos Zorrinho, Francisco José Millán Mon u Tunne Kelam.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':Jiří Pospíšil, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Carlos Iturgaiz u Teresa Jiménez-Becerril Barrio.
Intervent ta': Bert Koenders.
Id-dibattitu ngħalaq.
17. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasparenza fl-arbitraġġ bejn investituri u stati bbażat fuq it-Trattati (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000153/2015) imressqa minn Bernd Lange u Salvatore Cicu, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kunsill: Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasparenza f'Arbitraġġ ibbażat fuq Trattat, bejn l-Investituri u l-Istat (2015/2930(RSP)) (B8-0104/2016)
Bernd Lange daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta': Salvatore Cicu f'isem il-Grupp PPE, David Martin f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Daniel Caspary, Raymond Finch f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Martin, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, Daniel Caspary, Pedro Silva Pereira, Lola Sánchez Caldentey, Tiziana Beghin, Daniel Buda, Agnes Jongerius u Alessia Maria Mosca.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Ivan Jakovčić.
Intervent ta': Bert Koenders.
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Intemmu l-fastidju sesswali u l-vjolenza fuq in-nisa fl-ispazji pubbliċi (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Intemmu l-fastidju sesswali u l-vjolenza fuq in-nisa fl-ispazji pubbliċi (2016/2539(RSP))
Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Il-President tikkomunika li, bi qbil mal-gruppi politiċi, il-Kunsill mhux ser jipparteċipa f'dan id-dibattitu.
Interventi ta': Monika Hohlmeier f'isem il-Grupp PPE, Maria Arena f'isem il-Grupp S&D, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ulrike Trebesius u Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL.
PRESIDENZA: Ulrike LUNACEK Viċi President
Interventi ta': Jadwiga Wiśniewska biex tagħmel mistoqsija "karta blu" lil Malin Björk, li wieġbet, Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Margot Parker f'isem il-Grupp EFDD, li rrifjutat mistoqsija "karta blu" ta' Terry Reintke, Vicky Maeijer f'isem il-Grupp ENF, Udo Voigt Membru mhux affiljat, Constance Le Grip, Michela Giuffrida, Arne Gericke, Beatriz Becerra Basterrechea, Cornelia Ernst, Ernest Urtasun, Isabella Adinolfi, Sophie Montel, Ildikó Gáll-Pelcz, Clare Moody, li rrifjutat mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek,Ulrike Trebesius, Izaskun Bilbao Barandica, João Pimenta Lopes, Jordi Sebastià, Roberta Metsola, Soraya Post, Julie Girling, Eleonora Forenza, Klaus Buchner, Milan Zver, Ruža Tomašić, Stefan Eck, Anna Záborská, Marek Jurek, Miguel Urbán Crespo, Michaela Šojdrová, Jussi Halla-aho, Csaba Sógor, Dubravka Šuica u Marijana Petir.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Pirkko Ruohonen-Lerner, Maria Lidia Senra Rodríguez, Notis Marias u Tania González Peñas.
Intervent ta': Corina Crețu.
Id-dibattitu ngħalaq.
19. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 576.422/OJJE).