Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 4 ta' Frar 2016 - Strasburgu

4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Carolina Punset Bannel minflok Juan Carlos Girauta Vidal bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 3 ta' Frar 2016.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Carolina Punset Bannel tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza