— Luke Ming Flanagan għal stqarrija personali li tikkonċerna l-intervent tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 (il-President wieġeb li l-mistoqsija se tiġi eżaminata);
— Ioan Mircea Paşcu dwar is-sitwazzjoni tal-libertà ta' espressjoni fir-Rumanija;
— Martina Anderson, biex titlob lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà sabiex tintervjeni favur ġurnalist Palestinjan, li qed jinżamm il-ħabs mingħajr inkriminazzjoni u proċess, u li ilu fuq strajk tal-ġuħ 92 jum.