L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar II 2016 (PE 577.136/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
L-Erbgħa
Bi qbil mal-gruppi politiċi, il-President ippropona li d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-"Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata dwar il-Pakkett "Semestru Ewropew" - inklużi r-rapporti skont il-pajjiż" (punt 16 tal-PDOJ) jiġi pospost għaliex il-Kummissjoni għadha m'adottatx id-deċiżjoni tagħha dwar is-Semestru Ewropew.