Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament Libaniż, immexxija mill-President tiegħu, Nabih Berri, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
° ° ° °
Interventi ta'
— Luke Ming Flanagan għal stqarrija personali li tikkonċerna l-intervent tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 (il-President wieġeb li l-mistoqsija se tiġi eżaminata);
— Ioan Mircea Paşcu dwar is-sitwazzjoni tal-libertà ta' espressjoni fir-Rumanija;
— Martina Anderson, biex titlob lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà sabiex tintervjeni favur ġurnalist Palestinjan, li qed jinżamm il-ħabs mingħajr inkriminazzjoni u proċess, u li ilu fuq strajk tal-ġuħ 92 jum.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Ċeki kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Jaromír Kohlíček minflok Miloslav Ransdorf bħala Membru tal-Parlament, b'effett mill-4 ta' Frar 2016.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Jaromír Kohlíček jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Fuq it-talba tal-Gruppi S&D u ALDE, il-Parlament irratifika dawn il-ħatriet li ġejjin:
1) mill-Kummissjoni, mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
- Proposta għal modifika tal-pjan ta' stabbiliment - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data - Taqsima IX - Sena Finanzjarja 2016 (N8-0014/2016 - C8-0029/2016 - 2016/2021(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 2/2016 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N8-0015/2016 - C8-0041/2016 - 2016/2023(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 3/2016 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N8-0016/2016 - C8-0096/2016 - 2016/2026(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal modifika tal-pjan ta' stabbiliment - Il-Qorti tal-Awdituri - Sena Finanzjarja 2016 (N8-0017/2016 - C8-0097/2016 - 2016/2027(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (riformulazzjoni) (COM(2015)0282 - C8-0154/2015 - 2015/0128(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0010/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (riformulazzjoni). (COM(2014)0167 - C7-0112/2014 - 2014/0091(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Brian Hayes (A8-0011/2016)
- Rapport dwar ir-Rapport Annwali għall-2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2015/2115(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Notis Marias (A8-0012/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija (COM(2015)0460 - C8-0273/2015 - 2015/0218(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Marielle de Sarnez (A8-0013/2016)
- Rapport dwar il-governanza tas-Suq Uniku fl-ambitu tas-Semestru Ewropew 2016 (2015/2256(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Catherine Stihler (A8-0017/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tiffirma u tirratifika, u lil Malta biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali, fl-interess tal-Unjoni Ewropea (13777/2015 - C8-0401/2015 - 2013/0177(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Viktor Uspaskich (A8-0018/2016)
- * Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il- Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, abbażi ta’ sentenzi preliminarji, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, u t-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2015)0458 - C8-0296/2015 - 2015/0210(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A8-0019/2016)
- Rapport dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2014 (2015/2231(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Soledad Cabezón Ruiz (A8-0020/2016)
- Rapport dwar It-tagħlim tal-UE fl-iskejjel (2015/2138(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Damian Drăghici (A8-0021/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (kodifikazzjoni) (COM(2015)0350 - C8-0194/2015 - 2014/0175(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0022/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq ta’ servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (COM(2013)0296 - C7-0144/2013 - 2013/0157(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Knut Fleckenstein (A8-0023/2016)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' mgħaxijiet (COM(2015)0518 - C8-0370/2015 - 2015/0244(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Cora van Nieuwenhuizen (A8-0025/2016)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut-Namur Glass, ippreżentata mill-Belġju) (COM(2016)0001 - C8-0013/2016 - 2016/2013(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A8-0029/2016)
- Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (2015/2285(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Maria João Rodrigues (A8-0030/2016)
- Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (2015/2330(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Sofia Ribeiro (A8-0031/2016)
7. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
— (O-000010/2016) imressqa minn Bart Staes u José Bové f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0109/2016);
— (O-000014/2016) imressqa minn Ingeborg Gräßle u Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0110/2016);
— (O-000015/2016) imressqa minn Marco Valli u Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0111/2016);
— (O-000016/2016) imressqa minn Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0112/2016);
— (O-000017/2016) imressqa minn Michael Theurer f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0113/2016);
— (O-000018/2016) imressqa minn Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0114/2016).
— (O-000019/2016) imressqa minn Dennis de Jong, Rina Ronja Kari, Anne-Marie Mineur, Martina Anderson, Matt Carthy, Liadh Ní Riada, Sofia Sakorafa, Tania González Peñas, Xabier Benito Ziluaga, Miguel Urbán Crespo, Estefanía Torres Martínez, Lola Sánchez Caldentey u Luke Ming Flanagan f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0115/2016) .
8. Petizzjonijiet
Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-data li tidher hawn taħt, ġew mgħoddija lil-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 215(6) tar-Regoli ta' Proċedura:
Il-President avża li fid-data 23 ta' Frar 2016 ressaq quddiem il-kumitat responsabbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 215(13) tar-Regoli ta' Proċedura, petizzjoni li rċieva l-Parlament Ewropew, mibgħuta minn persuna fiżika li mhijiex ċittadina tal-Unjoni Ewropea u li ma tgħixx fi Stat Membru.
9. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
— Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx;
— Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-gvern tad-Danimarka u l-gvern awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra;
— Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin;
— Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx;
— Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;
— Ftehim imsaħħaħ ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra;
— Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;
— Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;
— Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l- Kosovo*, min-naħa l-oħra.
______________
* Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni hija meħtieġa skont l-Artikolu44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (C(2016)00379 - 2016/2570(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 Frar 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taċ-ċirkustanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista’ jkun parzjalment jew kompletament differit, u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi, u għad-determinazzjoni tal-linji ta’ negozju u servizzi assoċjati fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin (C(2016)00424 - 2016/2565(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 2 Frar 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jiddetermina dawk l-operazzjonijiet b’rabta mal-applikazzjoni tar-regolamenti agrikoli li jeħtieġu l-introduzzjoni tal-informazzjoni fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (C(2016)00508 - 2016/2567(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 3 Frar 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament tal-Anness III tiegħu (C(2016)00536 - 2016/2571(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 Frar 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN
- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb, il-kadmju, il-kromju eżavalenti u l-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fil-parts tal-bdil irkuprati minnn u użati għat-tiswija jew ir-rinnovament ta’ mezzi mediċi jew mikroskopji tal-elettroni (C(2016)00748 - 2016/2577(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 Frar 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq u li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (C(2016)00901 - 2016/2590(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 18 Frar 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
11. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D041818/04 - 2016/2592(RPS) - skadenza: 20 Mejju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward il-fibri tal-asbestos (krisotilu) (D041942/03 - 2016/2580(RPS) - skadenza: 17 Mejju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (D042131/03 - 2016/2572(RPS) - skadenza: 5 Mejju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (D042772/03 - 2016/2576(RPS) - skadenza: 13 Mejju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-imluħa tal-ammonju inorganiku (D042858/03 - 2016/2582(RPS) - skadenza: 17 Mejju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D043560/01 - 2016/2578(RPS) - skadenza: 17 Mejju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ ċerti addittivi tal-ikel fil-kaseinati li jittieklu (D043699/03 - 2016/2593(RPS) - skadenza: 20 April 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu propjoniku - propjonati (E 280 - 283) fit-tortillas (D043700/03 - 2016/2588(RPS) - skadenza: 19 April 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D043810/02 - 2016/2589(RPS) - skadenza: 19 Mejju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti (D043847/02 - 2016/2591(RPS) - skadenza: 20 April 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
12. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar II 2016 (PE 577.136/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
L-Erbgħa
Bi qbil mal-gruppi politiċi, il-President ippropona li d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-"Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata dwar il-Pakkett "Semestru Ewropew" - inklużi r-rapporti skont il-pajjiż" (punt 16 tal-PDOJ) jiġi pospost għaliex il-Kummissjoni għadha m'adottatx id-deċiżjoni tagħha dwar is-Semestru Ewropew.
Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.
Il-Ħamis
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
13. Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Frar 2016 (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Frar 2016 (2015/3023(RSP))
Donald Tusk (President tal-Kunsill Ewropew) u Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' James Carver, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gerard Batten, Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Richard Corbett, Sylvie Goulard, dwar it-tqassim tal-"karti blu", Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Dominique Martin, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jonathan Arnott, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Casa, Marine Le Pen f'isem il-Grupp ENF, u Diane Dodds Membru mhux affiljata.
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
Interventi ta': Mairead McGuinness, biex tagħmel mistoqsija "karta blu" lil Diane Dodds, li wieġbet, Herbert Reul, Glenis Willmott, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Sophia in 't Veld, Martina Anderson, Jill Evans, Marcel de Graaff, Udo Voigt, Françoise Grossetête, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gilles Lebreton, Enrique Guerrero Salom, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Janice Atkinson, Pavel Telička, Luke Ming Flanagan, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Charles Tannock, Molly Scott Cato, Harald Vilimsky, Janusz Korwin-Mikke, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gianluca Buonanno, Esteban González Pons, Roberto Gualtieri, Catherine Bearder, Judith Sargentini, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Mario Borghezio, Lampros Fountoulis, Elmar Brok, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Max Andersson, Maria João Rodrigues, Janice Atkinson, Michaela Šojdrová, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Josef Weidenholzer, Othmar Karas, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Zigmantas Balčytis u Jean Arthuis, Péter Niedermüller, Dubravka Šuica, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, u Sylvie Guillaume.
Intervent ta': Donald Tusk.
Intervent ta': Manolis Kefalogiannis.
PRESIDENZA: Ulrike LUNACEK Viċi President
Interventi ta': Cécile Kashetu Kyenge, Gunnar Hökmark, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek, Elena Valenciano u Paulo Rangel.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Mairead McGuinness, Nicola Caputo, Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica, Tania González Peñas, Zoltán Balczó, Csaba Sógor, Juan Fernando López Aguilar, Ruža Tomašić, Nikolaos Chountis, Konstantinos Papadakis, Maria Spyraki u Paul Brannen.
Intervent ta': Krisztina Morvai dwar l-iżvolġiment tal-proċedura "catch the eye" (il-President ipprovda xi preċiżjonijiet).
Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
Id-dibattitu ngħalaq.
14. Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 - Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 - Governanza tas-suq uniku fl-ambitu tas-Semestru Ewropew 2016 (dibattitu)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 [2015/2285(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Maria João Rodrigues (A8-0030/2016)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 [2015/2330(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sofia Ribeiro (A8-0031/2016)
Rapport dwar il-governanza tas-Suq Uniku fl-ambitu tas-Semestru Ewropew 2016 [2015/2256(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Catherine Stihler (A8-0017/2016)
Interventi ta': Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues u Catherine Stihler biex jippreżentaw ir-rapporti u Jean Arthuis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG).
Interventi ta': Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) u Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Andrey Kovatchev (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Iskra Mihaylova (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, Elisa Ferreira f'isem il-Grupp S&D, Ulrike Trebesius f'isem il-Grupp ECR, Ramon Tremosa i Balcells f'isem il-Grupp ALDE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Bernard Monot f'isem il-Grupp ENF, Adam Szejnfeld, Sergio Gutiérrez Prieto, Stanisław Ożóg u Ulla Tørnæs.
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME Viċi President
Interventi ta': Miguel Viegas, Jean Lambert, Patrick O'Flynn, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Andreas Schwab, Mylène Troszczynski, David Casa, Evelyne Gebhardt, Bernd Lucke, Antanas Guoga, João Pimenta Lopes, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' Nuno Melo, Pascal Durand, Andreas Schwab, Joachim Schuster, Mark Demesmaeker, Marisa Matias, Pablo Zalba Bidegain, Vilija Blinkevičiūtė, Pirkko Ruohonen-Lerner, Nuno Melo, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Sofia Ribeiro u Maria João Rodrigues, Alfred Sant, Morten Messerschmidt, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Lara Comi, Nicola Danti, Zdzisław Krasnodębski, Sven Schulze, Maria Grapini, Kazimierz Michał Ujazdowski, Verónica Lope Fontagné, Ruža Tomašić u Dariusz Rosati.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivana Maletić, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Neoklis Sylikiotis, Bronis Ropė, Eleftherios Synadinos, Danuta Jazłowiecka u Tania González Peñas.
Interventi ta': Valdis Dombrovskis, Jeanine Hennis-Plasschaert, Maria João Rodrigues, Sofia Ribeiro u Catherine Stihler.
15. Netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjieg, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol [COM(2014)0006 - C7-0015/2014 - 2014/0002(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Heinz K. Becker (A8-0224/2015)
Heinz K. Becker ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Viorica Dăncilă (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), David Casa f'isem il-Grupp PPE, Siôn Simon f'isem il-Grupp S&D, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Martina Dlabajová f'isem il-Grupp ALDE, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tamás Meszerics f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Mike Hookem f'isem il-Grupp EFDD, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' Siôn Simon.
PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI Viċi President
Interventi ta': Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, Anne Sander, Jutta Steinruck, Laura Agea, Danuta Jazłowiecka, Vilija Blinkevičiūtė u Romana Tomc.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Olga Sehnalová, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Stanislav Polčák.
Interventi ta': Valdis Dombrovskis u Heinz K. Becker.
16. L-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija ***I - Ftuħ ta' negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Tuneżija (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija [COM(2015)0460 - C8-0273/2015 - 2015/0218(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Marielle de Sarnez (A8-0013/2016)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Ftuħ ta' negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Tuneżija (2015/2791(RSP))
Marielle de Sarnez ippreżentat ir-rapport.
Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Clara Eugenia Aguilera García (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Santiago Fisas Ayxelà f'isem il-Grupp PPE, Emmanuel Maurel f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jordi Sebastià f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Daniel Caspary, Philippe Loiseau f'isem il-Grupp ENF, Salvatore Cicu, Victor Boştinaru, Jasenko Selimovic, Eleonora Forenza, Daniel Caspary, Maria Arena u Salvatore Domenico Pogliese.
PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN Viċi President
Interventi ta': Pier Antonio Panzeri, Fernando Ruas, Gilles Pargneaux, Giovanni La Via, Paolo De Castro, Marijana Petir u Pedro Silva Pereira.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ricardo Serrão Santos, Michela Giuffrida, Ivan Jakovčić u Nicola Caputo.
Interventi ta': Cecilia Malmström u Marielle de Sarnez.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Bernd Lange u Marielle de Sarnez, f'isem il-Kumitat INTA, dwar il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija (2015/2791(RSP)) (B8-0255/2016).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.5 tal-Minuti ta' 25.2.2016 u punt 7.10 tal-Minuti ta' 25.2.2016.
17. Tħejjija għas-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar id-Drogi (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija għas-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar id-Drogi (2016/2561(RSP))
Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) u Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Michał Boni f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Elly Schlein f'isem il-Grupp S&D, Marek Jurek f'isem il-Grupp ECR, Tomáš Zdechovský, Miltiadis Kyrkos u Stanislav Polčák.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias u Ivan Jakovčić.
Interventi ta': Cecilia Malmström u Jeanine Hennis-Plasschaert.
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Michaela Šojdrová, Nicola Caputo, Angel Dzhambazki, Jozo Radoš, Kostas Chrysogonos, Karima Delli, Gerard Batten, László Tőkés, Virginie Rozière, Mark Demesmaeker, Jasenko Selimovic, Josu Juaristi Abaunz, Iuliu Winkler, Viorica Dăncilă, Ivan Jakovčić, Martina Anderson, Stanislav Polčák, Claudia Tapardel, Daniel Buda, Ivan Štefanec, Claude Rolin u Liadh Ní Riada.
19. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Fuq talba tal-Grupp GUE/NGL, il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:
Kumitat ITRE: Jaromír Kohlíček
Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Ukrajna: Jaromír Kohlíček.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 577.136/OJJE).