Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
° ° ° °
Interventi ta': Elisabetta Gardini u Patrizia Toia dwar l-informazzjoni li dehret fil-midja Taljana rigward l-allegazzjonijiet ta' spjunaġġ tal-NSA fl-Italja.
7.1. L-adeżjoni tal-Awstrija u ta' Malta mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 dwar in-Notifika Barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tiffirma u tirratifika, u lil Malta biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali, fl-interess tal-Unjoni Ewropea [13777/2015 - C8-0401/2015 - 2013/0177(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Viktor Uspaskich (A8-0018/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Viktor Uspaskich (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tiffirma u tirratifka l-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali ulil Malta biex taderixxi mal-Konvenzjoni, fl-interess tal-Unjoni Ewropea.
7.2. Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino li jistipula miżuri dwar it-tassazzjoni tad-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' pagamenti tal-imgħax [COM(2015)0518 - C8-0370/2015- 2015/0244(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Cora van Nieuwenhuizen (A8-0025/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
7.3. L-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, abbażi ta’ sentenzi preliminarji, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, u t-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej [COM(2015)0458 - C8-0296/2015- 2015/0210(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A8-0019/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
7.4. Netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjieg, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol [COM(2014)0006 - C7-0015/2014 - 2014/0002(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Heinz K. Becker (A8-0224/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
7.5. L-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija [COM(2015)0460 - C8-0273/2015 - 2015/0218(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Marielle de Sarnez (A8-0013/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
Bernd Lange (President tal-Kumitat INTA) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.
7.6. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – EGF/2015/007 BE/Hainaut-Namur Glass - Belġju) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut-Namur Glass, ippreżentata mill-Belġju) [COM(2016)0001 - C8-0013/2016 - 2016/2013(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A8-0029/2016)
7.7. Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (votazzjoni)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 [2015/2285(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Maria João Rodrigues (A8-0030/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
7.8. Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (votazzjoni)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 [2015/2330(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sofia Ribeiro (A8-0031/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
7.11. L-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2014 (votazzjoni)
Rapport dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2014 [2015/2231(INI)] - Kumitat għall-Petizzjonijiet. Rapporteur: Soledad Cabezón Ruiz (A8-0020/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
7.12. Rapport Annwali għall-2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (votazzjoni)
Rapport dwar ir-Rapport Annwali għall-2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew [2015/2115(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Notis Marias (A8-0012/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
7.13. Bidu tan-negozjati dwar l-FTA mal-Awstralja u New Zealand (votazzjoni)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000154/2015) imressqa minn Bernd Lange u Daniel Caspary, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-ftuħ ta' negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja u n-New Zealand (2015/2932(RSP)) (B8-0101/2016)
7.14. L-introduzzjoni ta' sistemi kompatibbli għar-reġistrazzjoni ta' annimali domestiċi fl-Istati Membri kollha (votazzjoni)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-introduzzjoni ta' sistemi kompatibbli għar-reġistrazzjoni ta' annimali domestiċi fl-Istati Membri kollha (2016/2540(RSP))
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen (2016/2515(RSP))
— Mariya Gabriel, Cristian Dan Preda, Elmar Brok, Andrej Plenković, David McAllister, Michael Gahler, Lorenzo Cesa, Tunne Kelam, Adam Szejnfeld, Davor Ivo Stier, Therese Comodini Cachia, Roberta Metsola, Kinga Gál, Barbara Matera, Milan Zver u Marijana Petir f'isem il-Grupp PPE;
— Victor Boştinaru, Enrique Guerrero Salom, Richard Howitt, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Andrea Cozzolino, Andi Cristea, Miriam Dalli, Viorica Dăncilă, Isabella De Monte, Doru-Claudian Frunzulică, Eider Gardiazabal Rubial, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Michela Giuffrida, Ana Gomes, Maria Grapini, Theresa Griffin, Sylvie Guillaume, Sergio Gutiérrez Prieto, Cătălin Sorin Ivan, Liisa Jaakonsaari, Jeppe Kofod, Javi López, Costas Mavrides, Marlene Mizzi, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Demetris Papadakis, Emilian Pavel, Pina Picierno, Tonino Picula, Kati Piri, Miroslav Poche, Liliana Rodrigues, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Daciana Octavia Sârbu, Olga Sehnalová, Monika Smolková, Renato Soru, Tibor Szanyi, Claudia Tapardel, Marc Tarabella, István Ujhelyi, Elena Valenciano u Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D;
— Marietje Schaake, Nedzhmi Ali, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Dita Charanzová, Marielle de Sarnez, Gérard Deprez, Martina Dlabajová, José Inácio Faria, Marian Harkin, Filiz Hyusmenova, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Ilhan Kyuchyuk, Valentinas Mazuronis, Louis Michel, Javier Nart, Norica Nicolai, Urmas Paet, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Jasenko Selimovic, Pavel Telička, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen u Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE;
— Javier Couso Permuy, Paloma López Bermejo, Barbara Spinelli, Tania González Peñas, Miguel Urbán Crespo, Lola Sánchez Caldentey, Xabier Benito Ziluaga u Estefanía Torres Martínez f'isem il-Grupp GUE/NGL;
— Alyn Smith, Bodil Valero u Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE;
— Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao u Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD;