Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 7 ta' Marzu 2016 - Strasburgu

3. Kompożizzjoni tal-Parlament

Ulla Tørnæs inħatret membru tal-Gvern Daniż.

Billi din il-kariga, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlament, fuq il-bażi tal-Artikolu 4(4) tar-Regoli tal-Proċedura, innota l-vakanza b'effett mid-29 ta' Frar 2016 u informa l-Istat Membru kkonċernat.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Daniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Morten Løkkegaard minflok Ulla Tørnæs bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data tat-3 ta' Marzu 2016.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Morten Løkkegaard jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza