Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 7 ta' Marzu 2016 - Strasburgu

5. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat TRAN biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni dwar l-Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 rigward it-taħriġ tal-piloti, l-ittestjar u l-kontroll perjodiku għal navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (D042244/03 - 2016/2545(RPS)) (B8-0287/2016)

Jekk tali rakkomandazzjoni ma tkunx is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' almenu erbgħin Membru sa terminu ta' erbgħa u għoxrin siegħa, titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, se tkun sottoposta għal votazzjoni.

Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza