6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbret li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 9 ta' Marzu 2016, il-President tal-Parlament kien se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni) (00036/2015/LEX - C8-0111/2016 - 2015/0006(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (00058/2015/LEX - C8-0108/2016 - 2014/0108(COD))
- Regolament tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (00059/2015/LEX - C8-0107/2016 - 2014/0136(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (00073/2015/LEX - C8-0106/2016 - 2015/0079(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (00074/2015/LEX - C8-0105/2016 - 2015/0080(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat (00064/2015/LEX - C8-0104/2016 - 2014/0124(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (00007/2016/LEX - C8-0103/2016 - 2013/0136(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (00063/2015/LEX - C8-0102/2016 - 2013/0407(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (00057/2015/LEX - C8-0101/2016 - 2014/0107(COD))