Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 7 ta' Marzu 2016 - Strasburgu

11. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Marzu 2016 (PE 578.051/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Talba tal-Grupp ECR biex idaħħal, bħala l-ewwel punt fuq l-aġenda, dibattitu dwar ir-rapport Kirkhope dwar l-użu tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (UE-PNR).

Interventi ta': Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba, Alain Lamassoure, favur it-talba, u Enrique Guerrero Salom, kontriha.

B'sejħa tal-ismijiet (163 favur, 207 kontra, 14-il astensjoni) il-Parlament ċaħad it-talba.

Talba tal-Grupp Verts/ALE biex idaħħal, bħala t-tieni punt fl-aġenda ta' wara nofsinhar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-avvenimenti riċenti u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-istabbiltà fit-Turkija.

Interventi ta': Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, Marie-Christine Vergiat, favur it-talba, u Cristian Dan Preda, kontriha.

B'sejħa tal-ismijiet (136 favur, 243 kontra, 6 astensjonijiet) il-Parlament caħad it-talba.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt (Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura):

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex, minflok id-dibattitu dwar il-libertà tal-espressjoni fil-Każakstan (punt 90 tas-PDOJ), jiddaħħal fl-aġenda dibattitu dwar il-ksur tal-obbligi relatati mad-drittijiet tal-bniedem matul l-iżgumbramenti sfurzati tal- "ġungla" ta' Calais, li jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Interventi ta': Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Molly Scott Cato, favur it-talba, u Diane James, kontriha.

B'sejħa tal-ismijiet (90 favur, 276 kontra , 21 astensjoni) il-Parlament ċaħad it-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Intervent ta': James Nicholson.

Avviż legali - Politika tal-privatezza