Il-Minuti tas-seduti tad-dati 24 ta' Frar 2016 u 25 ta' Frar 2016 ġew approvati.
° ° ° °
Julie Ward kienet preżenti għas-seduta tal-24 ta' Frar 2016 imma isimha ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.
3. Kompożizzjoni tal-Parlament
Ulla Tørnæs inħatret membru tal-Gvern Daniż.
Billi din il-kariga, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlament, fuq il-bażi tal-Artikolu 4(4) tar-Regoli tal-Proċedura, innota l-vakanza b'effett mid-29 ta' Frar 2016 u informa l-Istat Membru kkonċernat.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti Daniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Morten Løkkegaard minflok Ulla Tørnæs bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data tat-3 ta' Marzu 2016.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Morten Løkkegaard jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
4. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-grupp ALDE:
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
5. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat TRAN biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni dwar l-Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 rigward it-taħriġ tal-piloti, l-ittestjar u l-kontroll perjodiku għal navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (D042244/03 - 2016/2545(RPS)) (B8-0287/2016)
Jekk tali rakkomandazzjoni ma tkunx is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' almenu erbgħin Membru sa terminu ta' erbgħa u għoxrin siegħa, titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, se tkun sottoposta għal votazzjoni.
Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.
6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbret li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 9 ta' Marzu 2016, il-President tal-Parlament kien se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni) (00036/2015/LEX - C8-0111/2016 - 2015/0006(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (00058/2015/LEX - C8-0108/2016 - 2014/0108(COD))
- Regolament tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (00059/2015/LEX - C8-0107/2016 - 2014/0136(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (00073/2015/LEX - C8-0106/2016 - 2015/0079(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (00074/2015/LEX - C8-0105/2016 - 2015/0080(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat (00064/2015/LEX - C8-0104/2016 - 2014/0124(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (00007/2016/LEX - C8-0103/2016 - 2013/0136(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (00063/2015/LEX - C8-0102/2016 - 2013/0407(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (00057/2015/LEX - C8-0101/2016 - 2014/0107(COD))
7. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
— (O-000021/2016) mressqa minn Jerzy Buzek, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: Lejn ekonomija ta' suċċess immexxija mid-data(2015/2612(RSP)) (B8-0116/2016);
— (O-000034/2016) mressqa minn Thomas Händel, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Xi inhi klassifikazzjoni "A tripla soċjali"? (2015/3024(RSP)) (B8-0117/2016);
— (O-000020/2016) mressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Il-kriżi tal-prezzijiet fis-settur tal-laħam tal-majjal tal-Ewropa (2016/2581(RSP)) (B8-0118/2016);
— (O-000030/2016) mressqa minn Annie Schreijer-Pierik, Matthias Groote, Bolesław G. Piecha, José Inácio Faria, Kateřina Konečná, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Joëlle Mélin, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Tifqigħa tal-virus Zika (2016/2584(RSP)) (B8-0119/2016);
— (O-000035/2016) mressqa minn Françoise Grossetête, Mairead McGuinness u Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, Matthias Groote, Pavel Poc, Nicola Caputo u Soledad Cabezón Ruiz f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling u Bolesław G. Piecha f'isem il-Grupp ECR, Gerben-Jan Gerbrandy, Maite Pagazaurtundúa Ruiz u Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná, Stefan Eck, Eleonora Forenza, Estefanía Torres Martínez, Lynn Boylan, Miguel Urbán Crespo, Lola Sánchez Caldentey, Barbara Spinelli, Josu Juaristi Abaunz, Fabio De Masi, Jiří Maštálka, Merja Kyllönen, Ángela Vallina, Paloma López Bermejo, Patrick Le Hyaric, Tania González Peñas, Xabier Benito Ziluaga u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout u Jill Evans f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini, Eleonora Evi, Marco Affronte, David Borrelli, Marco Zullo, Rosa D'Amato, Fabio Massimo Castaldo, Isabella Adinolfi, Laura Ferrara, Tiziana Beghin, Rolandas Paksas, Peter Lundgren, Tim Aker, William (The Earl of) Dartmouth u John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: It-thalidomide (2016/2569(RSP)) (B8-0120/2016);
— (O-000040/2016) mressqa minn Vicky Ford, f'isem il-Kumitat IMCO, lill-Kummissjoni: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Lejn ekonomija ta' suċċess immexxija mid-dejta' (COM(2014)0442) (2015/2612(RSP)) (B8-0351/2016).
8. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-segwitu mogħti lir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet ta' Settembru I u ta' Ottubru I u għall-pożizzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet ta' Ottubru I, II, III u ta' Novembru 2015 huma disponibbli fuq il-Europarl.
9. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopja ċċertifikata tad-dokument li ġej:
- Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx.
10. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE (COM(2016)0053 - C8-0034/2016 - 2016/0031(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
AFET, INTA
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010 (COM(2016)0052 - C8-0035/2016 - 2016/0030(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
- Kwittanza 2014: Il-Kunsill Konsultattiv Ewropew dwar l-Inizzjattiva fin-Nanoelettronika (ENIAC) (05587/2016 [07] - C8-0058/2016 - 2015/2202(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
ITRE
- Kwittanza 2014: Komponenti u Sistemi Elettriċi għal Leadership Ewropea (ECSEL) (05587/2016 [08] - C8-0059/2016 - 2015/2204(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
ITRE
- Kwittanza 2014: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (05584/2016 [01] - C8-0062/2016 - 2015/2164(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
EMPL, ITRE
- Kwittanza 2014: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) (05584/2016 [02] - C8-0063/2016 - 2015/2165(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
EMPL
- Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (05584/2016 [03] - C8-0064/2016 - 2015/2166(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
LIBE
- Kwittanza 2014 - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (05584/2016 [04] - C8-0065/2016 - 2015/2167(DEC))
- Kwittanza 2014: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (05584/2016 [13] - C8-0074/2016 - 2015/2176(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
ENVI
- Kwittanza 2014: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (05584/2016 [14] - C8-0075/2016 - 2015/2177(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
ENVI
- Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (05584/2016 [15] - C8-0076/2016 - 2015/2178(DEC))
- Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (05584/2016 [18] - C8-0079/2016 - 2015/2181(DEC))
- Kwittanza 2014: L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) (05584/2016 [29] - C8-0090/2016 - 2015/2192(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
ITRE
- Kwittanza 2014: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) (05584/2016 [30] - C8-0091/2016 - 2015/2193(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
ITRE
- Kwittanza 2014 - L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (05584/2016 [31] - C8-0092/2016 - 2015/2194(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
LIBE
- Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) (05584/2016 [32] - C8-0093/2016 - 2015/2195(DEC))
irriferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2016/000 TA 2016 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2016)0078 - C8-0095/2016 - 2016/2025(BUD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
EMPL, REGI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2016)0071 - C8-0098/2016 - 2016/0043(NLE))
irriferut
responsabbli :
EMPL
opinjoni :
ECON
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (COM(2016)0075 - C8-0099/2016 - 2016/0047(NLE))
irriferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
BUDG, JURI
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- Rapport dwar is-sitwazzjoni tan-nisa rifuġjati u li jfittxu l-asil fl-UE (2015/2325(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Mary Honeyball (A8-0024/2016)
- Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2014 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE – Ġlieda kontra l-frodi (2015/2128(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Benedek Jávor (A8-0026/2016)
- ***I Rapport li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1683/1995 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (COM(2015)0303 - C8-0164/2015 - 2015/0134(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann (A8-0028/2016)
- Rapport dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2015 (2015/2221(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0033/2016)
- Rapport dwar l-Integrazzjoni tal-Perspettiva tal-Ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew (2015/2230(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Angelika Mlinar (A8-0034/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (COM(2014)0557 - C8-0142/2014 - 2014/0256(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Claudiu Ciprian Tănăsescu (A8-0035/2016)
- Rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2016/2004(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Jens Geier (A8-0036/2016)
- ***I Rapport dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0466 - C8-0107/2014 - 2014/0216(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0037/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini essenzjali (test kodifikat) (COM(2014)0319 - C8-0015/2014 - 2014/0165(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0038/2016)
- Rapport dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea (COM(2015)0215 - 2016/2005(ACI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A8-0039/2016)
- * Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) (N8-0013/2016 - C8-0023/2016 - 2016/0902(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0045/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali veterinarji (COM(2014)0558 - C8-0164/2014 - 2014/0257(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Françoise Grossetête (A8-0046/2016)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (COM(2015)0631 - C8-0028/2016 - 2015/0285(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Miguel Viegas (A8-0047/2016)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard tal-annimali li jittieħed u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (11779/1/2015 - C8-0008/2016 - 2013/0136(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Jasenko Selimovic (A8-0041/2016)
11. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Marzu 2016 (PE 578.051/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Talba tal-Grupp ECR biex idaħħal, bħala l-ewwel punt fuq l-aġenda, dibattitu dwar ir-rapport Kirkhope dwar l-użu tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (UE-PNR).
Interventi ta': Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba, Alain Lamassoure, favur it-talba, u Enrique Guerrero Salom, kontriha.
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex idaħħal, bħala t-tieni punt fl-aġenda ta' wara nofsinhar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-avvenimenti riċenti u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-istabbiltà fit-Turkija.
Interventi ta':Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, Marie-Christine Vergiat, favur it-talba, uCristian Dan Preda, kontriha.
Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt (Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura):
Talba tal-Grupp GUE/NGL biex, minflok id-dibattitu dwar il-libertà tal-espressjoni fil-Każakstan (punt 90 tas-PDOJ), jiddaħħal fl-aġenda dibattitu dwar il-ksur tal-obbligi relatati mad-drittijiet tal-bniedem matul l-iżgumbramenti sfurzati tal- "ġungla" ta' Calais, li jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Interventi ta':Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Molly Scott Cato, favur it-talba, u Diane James, kontriha.
12. Skema għall-għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (dibattitu) ***I
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward l-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi [COM(2014)0032 - C7-0025/2014 - 2014/0014(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Marc Tarabella (A8-0006/2016)
Marc Tarabella ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Albert Deß f'isem il-Grupp PPE, Paolo De Castro f'isem il-Grupp S&D, James Nicholson f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Ulrike Müller f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Maria Lidia Senra Rodríguez f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bronis Ropė f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Zullo f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' István Ujhelyi, Edouard Ferrand f'isem il-Grupp ENF, Esther Herranz García, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Peter Jahr, Maria Noichl, Zbigniew Kuźmiuk, John Stuart Agnew, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Marijana Petir, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Karin Kadenbach, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivana Maletić, u Jørn Dohrmann.
PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI Viċi President
Interventi ta': Petr Mach, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Stanislav Polčák u Hilde Vautmans, Gabriel Mato, Clara Eugenia Aguilera García u Tibor Szanyi.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Miroslav Mikolášik, Michela Giuffrida, Pirkko Ruohonen-Lerner, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas, Diane Dodds, Michaela Šojdrová, Nicola Caputo, Notis Marias, Lampros Fountoulis, Franc Bogovič, Ricardo Serrão Santos u Ruža Tomašić.
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard tal-annimali li jittieħed u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") [11779/1/2015 - C8-0008/2016 - 2013/0136(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Jasenko Selimovic (A8-0041/2016)
Jasenko Selimovic ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Albert Deß f'isem il-Grupp PPE, Michela Giuffrida f'isem il-Grupp S&D, Janusz Wojciechowski f'isem il-Grupp ECR, Jan Huitema f'isem il-Grupp ALDE, Stefan Eck f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bronis Ropė f'isem il-Grupp Verts/ALE, Philippe Loiseau f'isem il-Grupp ENF, Diane Dodds Membru mhux affiljata, Esther Herranz García, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Nicola Caputo, James Nicholson, Franz Obermayr, Georgios Epitideios, Marijana Petir, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gilles Lebreton, Clara Eugenia Aguilera García, Anna Maria Corazza Bildt, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Albert Deß, Ricardo Serrão Santos u Paul Brannen, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Karin Kadenbach, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas, Stanislav Polčák u Pirkko Ruohonen-Lerner.
Interventi ta': Vytenis Povilas Andriukaitis u Jasenko Selimovic.
14. L-aċċess għas-suq ta' servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet ***I (dibattitu)
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet [COM(2013)0296 - C7-0144/2013 - 2013/0157(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Knut Fleckenstein (A8-0023/2016)
Interventi ta': Elissavet Vozemberg-Vrionidi f'isem il-Grupp PPE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Lucy Anderson f'isem il-Grupp S&D, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bogusław Liberadzki, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Stelios Kouloglou f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lucy Anderson, Keith Taylor f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jude Kirton-Darling, Jill Seymour f'isem il-Grupp EFDD, Marie-Christine Arnautu f'isem il-Grupp ENF, Marian-Jean Marinescu, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Pavel Telička, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gesine Meissner, Merja Kyllönen, Karima Delli u Rosa D'Amato.
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME Viċi President
Interventi ta': Luis de Grandes Pascual, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Izaskun Bilbao Barandica, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, Massimiliano Salini, João Ferreira u Elżbieta Katarzyna Łukacijewska.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Richard Howitt, Ruža Tomašić, Ramon Tremosa i Balcells, Igor Šoltes, Tim Aker, Diane Dodds, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Knut Fleckenstein, Seán Kelly, Inés Ayala Sender u Pirkko Ruohonen-Lerner.
15. Rapport Annwali 2014 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE - Ġlieda kontra l-frodi (dibattitu)
Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2014 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE - Ġlieda kontra l-frodi [2015/2128(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Benedek Jávor (A8-0026/2016)
Benedek Jávor ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Kristalina Georgieva (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Sander Loones (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Mercedes Bresso (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Julia Pitera f'isem il-Grupp PPE, Georgi Pirinski f'isem il-Grupp S&D, Monica Macovei f'isem il-Grupp ECR, Nedzhmi Ali f'isem il-Grupp ALDE, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Petri Sarvamaa, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Inés Ayala Sender, Jonathan Arnott, Tomáš Zdechovský, Bogusław Liberadzki, Andrey Novakov u Zigmantas Balčytis.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil, Maria Grapini, Notis Marias, Igor Šoltes u Ivana Maletić.
Interventi ta': Kristalina Georgievau u Benedek Jávor.
16. Lejn ekonomija ta' suċċess immexxija mid-data (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000021/2016) imressqa minn Jerzy Buzek, f'isem il- Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: Lejn ekonomija ta' suċċess immexxija mid-data (2015/2612(RSP)) (B8-0116/2016)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000040/2016) imressqa minn Vicky Ford, f'isem il- Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Lejn ekonomija ta' suċċess immexxija mid-dejta' (COM(2014)0442) (2015/2612(RSP)) (B8-0351/2016)
Jerzy Buzek daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija B8-0116/2016.
PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN Viċi President
Vicky Ford daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija B8-0351/2016.
Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsijiet.
Interventi ta': Michał Boni f'isem il-Grupp PPE, Patrizia Toia f'isem il-Grupp S&D, Evžen Tošenovský f'isem il-Grupp ECR, Kaja Kallas f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Roger Helmer f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat, Marc Tarabella, Jean-Luc Schaffhauser, Gunnar Hökmark, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' István Ujhelyi, Miapetra Kumpula-Natri, Paul Rübig, Marju Lauristin u Csaba Sógor, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Julia Reda, Stanislav Polčák, Nicola Caputo u Notis Marias.
Intervent ta': Andrus Ansip.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Jerzy Buzek, f'isem il-Kumitat ITRE, dwar "Lejn ekonomija ta' suċċess immexxija mid-data" (2015/2612(RSP)) (B8-0308/2016).
17. L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-Integrazzjoni tal-Perspettiva tal-Ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew [2015/2230(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Angelika Mlinar (A8-0034/2016)
Angelika Mlinar għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Julie Ward, Ruža Tomašić, Monika Vana, Romana Tomc, Soledad Cabezón Ruiz, Branislav Škripek, Marijana Petir, Beatrix von Storch u Seán Kelly.
18. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Andrea Bocskor, Soledad Cabezón Ruiz, Marcus Pretzell, Marian Harkin, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ernest Maragall, Tim Aker, Dominique Bilde, Gabriel Mato, Tonino Picula, Danuta Jazłowiecka, Maria Grapini, Seán Kelly, Julie Ward, Mihai Ţurcanu, Beatrix von Storch, Miguel Viegas, Romana Tomc, Paul Brannen, Notis Marias, Csaba Sógor, István Ujhelyi, Jonathan Arnott, Tomáš Zdechovský, Emilian Pavel, Barbara Kappel, Sofia Sakorafa, Sophie Montel u Janusz Korwin-Mikke.
19. Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari
Gianluca Buonanno, Membru tal-Parlament, ippreżenta talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu fil-kuntest ta' proċedimenti penali quddiem il-qorti ordinarja ta' Bolzano.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 578.051/OJMA).
21. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.45.
22. Għeluq tas-sessjoni annwali
Is-sessjoni ta' 2015 - 2016 tal-Parlament Ewropew ingħalqet.
Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, il-Parlament kellu jiltaqa' l-għada t-Tlieta 8 ta' Marzu 2016 fid-9.00.