B'konformità mal-Artikoli 11 u 165 tar-regoli ta' Proċedura, il-President iddeċieda, b'effett immedjat, li jkeċċi lil Eleftherios Synadinos mill-bqija tas-seduta minħabba affermazzjonijiet li stqarr waqt id-dibattitu dwar it-Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Marzu 2016 u l-eżitu tas-summit UE-Turkija.
Il-President talab lil Eleftherios Synadinos iħalli l-kamra, u dan ġie eskortat mill-ushers.
Jekk ikun il-każ, il-Membri se jiġu mgħarrfa dwar is-sanzjonijiet li se jiġu deċiżi skont l-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura.
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President