Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 9 ta' Marzu 2016 - Strasburgu

10. Modifika tal-aġenda

Il-President, wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, ippropona l-modifiki li ġejjin:

- l-aħħar punt tal-aġenda tal-Erbgħa, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-"Protezzjoni internazzjonali tal-informaturi" (punt 78 tal-ĠU), isir biss dikjarazzjoni tal-Kummissjoni;

- il-votazzjoni finali dwar ir-rapport ta' Marielle de Sarnez dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija (A8-0013/2016) ġiet miżjuda mal-ħin għall-votazzjonijiet tal-Ħamis.

Il-Parlament approva dawn il-proposti.

L-aġenda ġiet modifikata.

Avviż legali - Politika tal-privatezza