2. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji, il-proċedura u r-rekwiżiti biex tiġi stabbilita prattika tas-suq aċċettata u r-rekwiżiti biex tinżamm, tiġi terminata jew jiġu modifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha (C(2016)01087 - 2016/2597(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 26 Frar 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (C(2016)01092 - 2016/2598(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 26 Frar 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (C(2016)01165 - 2016/2601(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 1 Marzu 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut tan-notifiki li għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti u l-kumpilazzjoni, il-pubblikazzjoni u ż-żamma tal-lista ta’ notifiki (C(2016)01224 - 2016/2602(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 1 Marzu 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-kundizzjonijiet applikabbli għal programmi ta’ riakkwist u miżuri ta’ stabbilizzazzjoni (C(2016)01357 - 2016/2614(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 8 Marzu 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (D043528/02 - 2016/2612(RPS) - skadenza: 8 Ġunju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN
- Regolament tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-'kontroll-kmand u sinjalazzjoni' tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (D043613/04 - 2016/2595(RPS) - skadenza: 24 Mejju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 452/2014 fir-rigward tat-tneħħija ta’ mudelli għall-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-operaturi ta’ pajjiżi terzi u għall-ispeċifikazzjonijiet assoċjati (D043875/01 - 2016/2603(RPS) - skadenza: 2 Ġunju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' Streptomyces K61 (qabel magħruf bħala S. griseoviridis), ir-razza O ta' Candida oleophila, FEN 560 (magħruf ukoll bħala ħelba jew għabra taż-żerriegħa tal-ħelba), dekanoat tal-metil (CAS 110-42-9), ottanoat tal-metil (CAS 111-11-5) u t-taħlita tat-terpenojd QRD 460 (D044028/02 - 2016/2613(RPS) - skadenza: 9 Mejju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
4. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
B'konformità mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 01/2016.
B'konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità Baġitarja bl-approvazzjoni tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 01/2016 - Taqsima III - Il-Kummissjoni.
B'konformità mal-Artikolu 50(1), tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħmel l-ebda oġġezzjoni għall-proposta għal modifika tal-organigramma tal-persunal tal-Qorti tal-Awdituri.
5. Dokumenti mressqa
Id-dokument segwenti tressaq mill-Kummissjoni:
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 4/2016 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0018/2016 - C8-0100/2016 - 2016/2029(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
6. Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000010/2016) mressqa minn Bart Staes u José Bové f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0109/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000014/2016) mressqa minn Ingeborg Gräßle u Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0110/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000015/2016) mressqa minn Marco Valli u Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0111/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000016/2016) mressqa minn Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0112/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000017/2016) mressqa minn Michael Theurer f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0113/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000018/2016) mressqa minn Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0114/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000019/2016) mressqa minn Dennis de Jong, Rina Ronja Kari, Anne-Marie Mineur, Martina Anderson, Matt Carthy, Liadh Ní Riada, Sofia Sakorafa, Tania González Peñas, Xabier Benito Ziluaga, Miguel Urbán Crespo, Estefanía Torres Martínez, Lola Sánchez Caldentey u Luke Ming Flanagan f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0115/2016).
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Dennis de Jong, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Martina Anderson, Marisa Matias, Liadh Ní Riada, Matt Carthy, Lynn Boylan, Barbara Spinelli, Anja Hazekamp, Stefan Eck, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka, Kateřina Konečná, Fabio De Masi u Kostas Chrysogonos, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0311/2016);
— Bart Staes, José Bové, Igor Šoltes, Benedek Jávor u Bronis Ropė, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Ftehim dwar it-Tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0312/2016);
— Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, dwar il-"Valutazzjoni teknika tal-Kummissjoni dwar l-esperjenza tal-Ftehim Kontra l-Kontrabandu u Kontra l-Falsifikazzjoni u r-Rinunzja Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2004 bejn Philip Morris International u kumpaniji affiljati, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha" u l-iskadenza imminenti ta' dak il-ftehim; (2016/2555(RSP)) (B8-0313/2016);
— Marco Valli, Piernicola Pedicini u Isabella Adinolfi f'isem il-Grupp EFDD, dwar il-Ftehim dwar it-Tabakk (Ftehim PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0314/2016);
— Michael Theurer f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-"Valutazzjoni teknika tal-Kummissjoni dwar l-esperjenza tal-Ftehim Kontra l-Kontrabandu u Kontra l-Falsifikazzjoni u r-Rinunzja Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2004 bejn Philip Morris International u kumpaniji affiljati, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha" u l-iskadenza imminenti tal-ftehim; (2016/2555(RSP)) (B8-0315/2016);
— Ingeborg Gräßle u Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, dwar il-"Valutazzjoni teknika tal-Kummissjoni dwar l-esperjenza tal-Ftehim Kontra l-Kontrabandu u Kontra l-Falsifikazzjoni u r-Rinunzja Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2004 bejn Philip Morris International u kumpaniji affiljati, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha" u l-iskadenza imminenti ta' dak il-ftehim; (2016/2555(RSP)) (B8-0316/2016);
— Inés Ayala Sender u Gilles Pargneaux f'isem il-Grupp S&D, dwar il-Ftehim kontra l-Kuntrabandu u kontra l-Falsifikazzjoni u r-Rinunzja Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2004 bejn Philip Morris International u kumpaniji affiljati, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (2016/2555(RSP)) (B8-0317/2016).
7. Tħejjija tal-laqhħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Marzu 2016 u eżitu tas-summit UE-Turkija (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija tal-laqhħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Marzu 2016 u eżitu tas-summit UE-Turkija (2016/2502(RSP))
Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) u Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, David Borrelli f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gerolf Annemans, Marine Le Pen f'isem il-Grupp ENF, u Krisztina Morvai Membru mhux affiljata.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Interventi ta': Angelika Niebler, Enrique Guerrero Salom, Anna Elżbieta Fotyga, Sophia in 't Veld, Marie-Christine Vergiat, Josep-Maria Terricabras, Nigel Farage, Marcel de Graaff, Diane Dodds, Andrzej Grzyb, Tanja Fajon, Notis Marias, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Pavel Telička, Takis Hadjigeorgiou, Ska Keller, Peter Lundgren, Harald Vilimsky, Eleftherios Synadinos, Victor Boştinaru, Angel Dzhambazki, Reinhard Bütikofer, dawn l-aħħar tlieta dwar l-affermazzjonijiet ta' Eleftherios Synadinos (il-President wieħeb li dawn kienu se jiġu vverifikati), Françoise Grossetête, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gilles Lebreton, Victor Boştinaru, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Timothy Kirkhope, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Marielle de Sarnez, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lampros Fountoulis, u Miguel Urbán Crespo.
PRESIDENZA: Antonio TAJANI Viċi President
Interventi ta': Ulrike Lunacek, Rolandas Paksas, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Edouard Ferrand, Mario Borghezio, Konstantinos Papadakis, Pilar del Castillo Vera, Maria João Rodrigues, Peter van Dalen, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gianluca Buonanno, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Dimitrios Papadimoulis, Bodil Valero, Gerolf Annemans, Elisabetta Gardini, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Georgios Epitideios, Josef Weidenholzer, Nikolay Barekov, Gérard Deprez, Barbara Spinelli, Judith Sargentini, Herbert Reul, li wieġeb ukoll għal tliet mistoqsijiet “karta blu” ta' Doru-Claudian Frunzulică, Maria Grapini u Luke Ming Flanagan, Knut Fleckenstein, Bernd Kölmel, Nedzhmi Ali, João Ferreira, Reinhard Bütikofer, Ildikó Gáll-Pelcz, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' István Ujhelyi, Kati Piri, Mirosław Piotrowski, Ivo Vajgl, Marina Albiol Guzmán, Luděk Niedermayer, Sylvie Guillaume, Ulrike Trebesius, Jean Arthuis, Paulo Rangel, Patrizia Toia, Jan Zahradil, Renate Sommer, Birgit Sippel, Dubravka Šuica, Demetris Papadakis, Manolis Kefalogiannis, Iratxe García Pérez, Seán Kelly, Pervenche Berès, Lefteris Christoforou, Péter Niedermüller, Tunne Kelam, Iliana Iotova, Janusz Lewandowski, István Ujhelyi, Elena Valenciano, Carlos Zorrinho, Alfred Sant, Tonino Picula, Neena Gill, Giorgos Grammatikakis, Soraya Post u Nikos Androulakis.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Ana Gomes, Ruža Tomašić, Ivan Jakovčić, Maria Lidia Senra Rodríguez u Ernest Maragall.
Interventi ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) u Jeanine Hennis-Plasschaert.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Martin SCHULZ President
8. Avviż mill-Presidenza
B'konformità mal-Artikoli 11 u 165 tar-regoli ta' Proċedura, il-President iddeċieda, b'effett immedjat, li jkeċċi lil Eleftherios Synadinos mill-bqija tas-seduta minħabba affermazzjonijiet li stqarr waqt id-dibattitu dwar it-Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Marzu 2016 u l-eżitu tas-summit UE-Turkija.
Il-President talab lil Eleftherios Synadinos iħalli l-kamra, u dan ġie eskortat mill-ushers.
Jekk ikun il-każ, il-Membri se jiġu mgħarrfa dwar is-sanzjonijiet li se jiġu deċiżi skont l-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura.
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President
9. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Eleni Theocharous m'għadhiex membru tal-grupp PPE u ssieħbet mal-grupp ECR b'seħħ mit-8 ta' Marzu 2016.
10. Modifika tal-aġenda
Il-President, wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, ippropona l-modifiki li ġejjin:
- l-aħħar punt tal-aġenda tal-Erbgħa, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-"Protezzjoni internazzjonali tal-informaturi" (punt 78 tal-ĠU), isir biss dikjarazzjoni tal-Kummissjoni;
- il-votazzjoni finali dwar ir-rapport ta' Marielle de Sarnez dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija (A8-0013/2016) ġiet miżjuda mal-ħin għall-votazzjonijiet tal-Ħamis.
Il-Parlament approva dawn il-proposti.
L-aġenda ġiet modifikata.
11. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (test kodifikat) [COM(2014)0466 - C8-0107/2014 - 2014/0216(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0037/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
11.2. Diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini essenzjali (kodifikazzjoni) ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali (test kodifikat) [COM(2014)0319 - C8-0015/2014 - 2014/0165(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0038/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
11.3. Ftehim KE-Andorra dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' mgħaxijiet * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax [COM(2015)0631 - C8-0028/2016 - 2015/0285(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Miguel Viegas (A8-0047/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
11.4. Ħatra ta' Direttur Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) [N8-0013/2016 - C8-0023/2016 - 2016/0902(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0045/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4) (Votazzjoni permezz ta' vot sigriet)
11.5. Salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali [COM(2013)0822 - C7-0428/2013 - 2013/0408(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Caterina Chinnici (A8-0020/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
11.6. Linji gwida għall-Baġit 2017 - Taqsima III (votazzjoni)
Rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni [2016/2004(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Jens Geier (A8-0036/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
11.7. Ftehim interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (votazzjoni)
Rapport dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea [COM(2015)0215 - 2016/2005(ACI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A8-0039/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
11.8. Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) (votazzjoni)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000010/2016) imressqa minn Bart Staes u José Bové f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0109/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000014/2016) imressqa minn Ingeborg Gräßle u Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0110/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000015/2016) imressqa minn Marco Valli u Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0111/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000016/2016) imressqa minn Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0112/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000017/2016) imressqa minn Michael Theurer f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0113/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000018/2016) imressqa minn Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0114/2016);
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000019/2016) imressqa minn Dennis de Jong, Rina Ronja Kari, Anne-Marie Mineur, Martina Anderson, Matt Carthy, Liadh Ní Riada, Sofia Sakorafa, Tania González Peñas, Xabier Benito Ziluaga, Miguel Urbán Crespo, Estefanía Torres Martínez, Lola Sánchez Caldentey u Luke Ming Flanagan f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI) (2016/2555(RSP)) (B8-0115/2016).
(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B8-0313/2016 iddekadiet.)
12. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Rapport Caterina Chinnici - A8-0020/2015 Krisztina Morvai, Jiří Pospíšil, Andrejs Mamikins, Monica Macovei, Daniel Hannan, Stanislav Polčák, Seán Kelly u Steven Woolfe
Rapport Jens Geier - A8-0036/2016 Xabier Benito Ziluaga, Paloma López Bermejo, Daniel Hannan, Andrejs Mamikins, Steven Woolfe u Stanislav Polčák
Rapport Danuta Maria Hübner - A8-0039/2016 Krisztina Morvai, Jiří Pospíšil, Sven Schulze, Andrejs Mamikins, Monica Macovei, Markus Pieper, Marc Tarabella u Steven Woolfe
Ftehim dwar it-tabakk (Ftehim PMI) - (2016/2555(RSP)) - B8-0311/2016 u RC-B8-0312/2016 Krisztina Morvai, Jiří Pospíšil, Andrejs Mamikins, Klaus Buchner u Monica Macovei.
13. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq il-Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.10. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.05)
PRESIDENZA: Martin SCHULZ President
14. Is-sitwazzjoni attwali fl-Unjoni Ewropea (dibattitu)
Is-sitwazzjoni attwali fl-Unjoni Ewropea - Dibattitu flimkien ma' Stefan Löfven, Prim Ministru Svediż (2016/2599(RSP))
Intervent ta': Bruno Gollnisch li kkummenta dwar il-komunikazzjoni tal-President ta' qabel il-bidu tal-Ħin tal-votazzjonijiet (punt 8 tal-Minuti ta' 9.3.2016).
° ° ° °
Interventi ta': Stefan Löfven (Prim Ministru Svediż) uKristalina Georgieva (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Gunnar Hökmark f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Hans-Olaf Henkel f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kristina Winberg f'isem il-Grupp EFDD, Olaf Stuger f'isem il-Grupp ENF, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, Esteban González Pons, Marita Ulvskog, Fredrick Federley, Gabriele Zimmer, Peter Eriksson, Peter Lundgren, Georg Mayer, Lampros Fountoulis, Elisabetta Gardini, Maria João Rodrigues u Max Andersson.
Intervent ta': Stefan Löfven.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI Viċi President
15. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
16. Is-sitwazzjoni fl-Eritrea (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fl-Eritrea (2016/2568(RSP))
Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) għamlet id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': Davor Ivo Stier f'isem il-Grupp PPE, Norbert Neuser f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mike Hookem f'isem il-Grupp EFDD, Bogdan Brunon Wenta, Linda McAvan, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Kazimierz Michał Ujazdowski, Lola Sánchez Caldentey, Fabio Massimo Castaldo, Maurice Ponga, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Enrique Guerrero Salom, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Joachim Zeller, Marita Ulvskog, Lars Adaktusson u Doru-Claudian Frunzulică.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':Brian Hayes, Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić u James Carver.
Intervent ta': Jeanine Hennis-Plasschaert.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Ryszard Antoni Legutko, Arne Gericke, Mirosław Piotrowski, Ryszard Czarnecki, Edward Czesak, Ruža Tomašić u Angel Dzhambazki, f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea (2016/2568(RSP)) (B8-0318/2016);
— Victor Boştinaru, Linda McAvan, Norbert Neuser, Elena Valenciano, Ana Gomes, Maria Arena, Marita Ulvskog, Marlene Mizzi, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Pier Antonio Panzeri u Richard Howitt, f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea (2016/2568(RSP)) (B8-0319/2016);
— Judith Sargentini, Heidi Hautala, Barbara Lochbihler, Igor Šoltes, Maria Heubuch u Jordi Sebastià, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea (2016/2568(RSP)) (B8-0320/2016);
— Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Isabella Adinolfi u Rolandas Paksas, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea (2016/2568(RSP)) (B8-0321/2016);
— Beatriz Becerra Basterrechea, Dita Charanzová, Fredrick Federley, Charles Goerens, Filiz Hyusmenova, Ilhan Kyuchyuk, Valentinas Mazuronis, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Marietje Schaake, Pavel Telička u Hilde Vautmans, f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea (2016/2568(RSP)) (B8-0322/2016);
— Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric, Barbara Spinelli, Stelios Kouloglou, Kostadinka Kuneva u Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea (2016/2568(RSP)) (B8-0323/2016);
— Davor Ivo Stier, Lars Adaktusson, Lara Comi, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Michael Gahler, György Hölvényi, Roberta Metsola, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Fernando Ruas, Antonio Tajani, Bogdan Brunon Wenta u Joachim Zeller f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea (2016/2568(RSP)) (B8-0324/2016).
17. Rapport 2015 dwar l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Rapport 2015 dwar l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2016/2859(RSP))
Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS Viċi President
Interventi ta': Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Tunne Kelam f'isem il-Grupp PPE, Richard Howitt f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Sofia Sakorafa, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Sofia Sakorafa f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tamás Meszerics f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Jens Nilsson, Notis Marias, Ivan Jakovčić, James Carver, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Charles Tannock, Georgios Epitideios, Eduard Kukan, Tonino Picula, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lefteris Christoforou, Georgios Epitideios, Eduard Kukan, Tonino Picula, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lefteris Christoforou, Ryszard Czarnecki, David McAllister, Doru-Claudian Frunzulică, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Spyraki, Charles Tannock, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Andrej Plenković, Manolis Kefalogiannis, Josef Weidenholzer, Alojz Peterle, Andrey Kovatchev, Marijana Petir u Ivana Maletić.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Patricija Šulin, Nicola Caputo, Ilhan Kyuchyuk, Kostas Chrysogonos, Igor Šoltes, Fabio Massimo Castaldo, Maria Spyraki u Stanislav Polčák.
Interventi ta': Johannes Hahn u Jeanine Hennis-Plasschaert.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Ivo Vajgl, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-Rapport 2015 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2015/2895(RSP)) (B8-0310/2016).
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-grupp ECR:
Kumitat AFET: Karol Karski minflok Eleni Theocharous
Kumitat DEVE: Eleni Theocharous minflok Karol Karski
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
19. Rapport 2015 dwar il-Montenegro (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Rapport 2015 dwar il-Montenegro (2016/2894(RSP))
Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Intervent ta': Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR.
PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN Viċi President
Interventi ta': Andrey Kovatchev f'isem il-Grupp PPE, Nikos Androulakis f'isem il-Grupp S&D, Jozo Radoš f'isem il-Grupp ALDE, Javier Couso Permuy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Dubravka Šuica, Tonino Picula, Ruža Tomašić, Ilhan Kyuchyuk, James Carver, Edouard Ferrand, David McAllister, Goffredo Maria Bettini, Eduard Kukan, Elena Gentile, Andrej Plenković, Neena Gill, Alojz Peterle u Andi Cristea.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil, Ivana Maletić, Tibor Szanyi, Ivan Jakovčić, Stanislav Polčák u Igor Šoltes.
Interventi ta': Johannes Hahn u Jeanine Hennis-Plasschaert.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Charles Tannock, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-Rapport 2015 dwar il-Montenegro (2015/2894(RSP)) (B8-0309/2016).
20. Prodotti mediċinali veterinarji ***I - L-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali veterinarji ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti mediċinali veterinarji [COM(2014)0558 - C8-0164/2014 - 2014/0257(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Françoise Grossetête (A8-0046/2016)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini [COM(2014)0557 - C8-0142/2014 - 2014/0256(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Claudiu Ciprian Tănăsescu (A8-0035/2016)
Françoise Grossetête ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).
Claudiu Ciprian Tănăsescu ippreżenta r-rapport.
Interventi ta': Jasenko Selimovic (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Stanislav Polčák (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Alberto Cirio f'isem il-Grupp PPE, Karin Kadenbach f'isem il-Grupp S&D, Bolesław G. Piecha f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp ENF, Peter Liese, Biljana Borzan, Julie Girling, Jan Huitema, Miguel Viegas, Molly Scott Cato, Julia Reid, Elisabetta Gardini, Susanne Melior, Bas Belder, Fredrick Federley, Norbert Lins, Jytte Guteland, Pilar Ayuso, Christel Schaldemose, Tom Vandenkendelaere u Clara Eugenia Aguilera García.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Soledad Cabezón Ruiz, Michèle Rivasi, Nicola Caputo, Notis Marias u Klaus Buchner.
Interventi ta': Françoise Grossetête u Claudiu Ciprian Tănăsescu.
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000035/2016) mressqa minn Françoise Grossetête, Mairead McGuinness u Esteban González Pons, f'isem il-Grupp PPE, Matthias Groote, Pavel Poc, Nicola Caputo u Soledad Cabezón Ruiz, f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling u Bolesław G. Piecha, f'isem il-Grupp ECR, Gerben-Jan Gerbrandy, Maite Pagazaurtundúa Ruiz u Beatriz Becerra Basterrechea, f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná, Stefan Eck, Eleonora Forenza, Estefanía Torres Martínez, Lynn Boylan, Miguel Urbán Crespo, Lola Sánchez Caldentey, Barbara Spinelli, Josu Juaristi Abaunz, Fabio De Masi, Jiří Maštálka, Merja Kyllönen, Ángela Vallina, Paloma López Bermejo, Patrick Le Hyaric, Tania González Peñas, Xabier Benito Ziluaga u Marisa Matias, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout u Jill Evans, au nom du groupe Verts/ALE, Piernicola Pedicini, Eleonora Evi, Marco Affronte, David Borrelli, Marco Zullo, Rosa D'Amato, Fabio Massimo Castaldo, Isabella Adinolfi, Laura Ferrara, Tiziana Beghin, Rolandas Paksas, Peter Lundgren, Tim Aker, William (The Earl of) Dartmouth u John Stuart Agnew, f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: It-thalidomide (2016/2569(RSP)) (B8-0120/2016)
Esteban González Pons, Matthias Groote, Julie Girling, Beatriz Becerra Basterrechea u Stefan Eck daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
PRESIDENZA: Antonio TAJANI Viċi President
Jill Evans u Diane James daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.
Interventi ta': Miroslav Mikolášik f'isem il-Grupp PPE, Soledad Cabezón Ruiz f'isem il-Grupp S&D, Michèle Rivasi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mara Bizzotto f'isem il-Grupp ENF, Diane Dodds Membru mhux affiljata, Nicola Caputo, Mairead McGuinness, Elena Gentile, Alojz Peterle, Damiano Zoffoli, Michaela Šojdrová, Catherine Stihler, Elisabetta Gardini u Rosa Estaràs Ferragut.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil, Clara Eugenia Aguilera García u Notis Marias.
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.
Id-dibattitu ngħalaq.
22. Protezzjoni internazzjonali tal-informaturi (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Protezzjoni internazzjonali tal-informaturi (2016/2579(RSP))
Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Axel Voss f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, Maite Pagazaurtundúa Ruiz f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Diane James, Miguel Urbán Crespo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Benedek Jávor f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomáš Zdechovský, Diane James, Michał Boni, Elly Schlein, Kostas Chrysogonos, Tomáš Zdechovský, Luke Ming Flanagan u Jiří Pospíšil.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.
Id-dibattitu ngħalaq.
23. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 578.051/OJJE).