Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000030/2016) imressqa minn Annie Schreijer-Pierik, Matthias Groote, Bolesław G. Piecha, José Inácio Faria, Kateřina Konečná, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Joëlle Mélin, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Tifqigħa tal-virus Zika (2016/2584(RSP)) (B8-0119/2016)
Giovanni La Via (President tal-Kumitat ENVI) daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.
Interventi ta': Annie Schreijer-Pierik f'isem il-Grupp PPE, Matthias Groote f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, José Inácio Faria f'isem il-Grupp ALDE, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, Davor Ivo Stier, Biljana Borzan, Stanislav Polčák, Ramón Jáuregui Atondo u Lynn Boylan.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, Notis Marias, Maria Lidia Senra Rodríguez, Soledad Cabezón Ruiz, Branislav Škripek, Karin Kadenbach, Michèle Rivasi u Tibor Szanyi.
Intervent ta': Jonathan Hill.
Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni li għandha titressaq bi qbil mal-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura se titħabbar aktar tard.