Interventi ta': Anna Maria Corazza Bildt, Marine Le Pen u Nicolas Bay dwar l-iżvolġiment tal-votazzjonijiet tas-seduta tat-28 ta' Ottubru 2015.
Il-President, b'segwitu għas-sanzjoni imposta kontra Marcel de Graaff fis-17 ta' Diċembru 2015 (punt 6 tal-Minuti ta' 17.12.2015) minħabba li uża l-apparat tal-votazzjoni ta' Marine Le Pen fil-ħin tal-votazzjonijiet tas-seduta tat-28 ta' Ottubru 2015 (punt 7.9 tal-Minuti ta' 28.10.2015), u wara li sema' lil Membri differenti inkluż lil Nicolas Bay darbtejn, iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura, li jimponi sanzjoni fuq dan tal-aħħar minħabba l-komportament tiegħu matul l-istess ħin tal-votazzjonijiet, jiġifieri, minħabba li uża l-apparat tal-votazzjoni ta' Marine Le Pen.
Is-sanzjoni tikkonsisti fit-telf tad-dritt għall-kumpens għas-sussistenza għal kull jum għal perjodu ta' ħamest ijiem. Id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-persuna kkonċernata.