Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini [COM(2014)0557 - C8-0142/2014 - 2014/0256(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Claudiu Ciprian Tănăsescu (A8-0035/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Claudiu Ciprian Tănăsescu (rapporteur) ipproponiet li l-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex il-proċess jgħaddi direttament għan-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-mandat adottat.
B'VSI (549 favur, 36 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.