Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' April 2016 - Strasburgu

11. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE (COM(2016)0082 - C8-0061/2016 - 2016/0050(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

opinjoni :

EMPL, JURI, IMCO

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Georgia) (COM(2016)0142 - C8-0113/2016 - 2016/0075(COD))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (COM(2016)0128 - C8-0114/2016 – 2016/0070(COD))
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 304 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

JURI, IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-soġġezzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida 1-phenyl-2-(1-pyrrolidin-1-yl)pentan-1-one (α-pyrrolidinovalerophenone, α-PVP) għal miżuri ta’ kontroll (15386/2015 - C8-0115/2016 - 2015/0309(CNS))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

ENVI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (05977/2016 - C8-0116/2016 - 2015/0265(NLE))

irriferut

responsabbli :

ITRE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u dwar il-protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (COM(2016)0134 - C8-0117/2016 - 2016/0074(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

DEVE, ENVI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (14384/2015 - C8-0118/2016 - 2015/0101(NLE))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

ENVI, ECON, IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, meta jkunu kkonċernati d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u mad-definizzjoni ta' reati kriminali (14387/2015 - C8-0119/2016 - 2015/0100(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

ENVI, ECON, CONT, INTA, IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (14381/2013 - C8-0120/2016 - 2013/0321(NLE))

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

AGRI, LIBE

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali 2016: Strument ġdid biex jipprovdi appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni - Pożizzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2016 (07068/2016 - C8-0122/2016 - 2016/2037(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

ECON, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 (COM(2016)0157 - C8-0123/2016 - 2016/0084(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

AGRI, ENVI, ITRE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta' aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2016 (COM(2016)0159 - C8-0124/2016 - 2016/0086(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

AGRI

opinjoni :

DEVE, BUDG, CONT, REGI

- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat LT (07319/2016 - C8-0126/2016 - 2016/0805(NLE))

irriferut

responsabbli :

CONT

- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali (COM(2016)0106 - C8-0127/2016 - 2016/0059(CNS))

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

FEMM, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati (COM(2016)0107 - C8-0128/2016 - 2016/0060(CNS))

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

FEMM, LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (COM(2016)0171 - C8-0133/2016 - 2016/0089(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

BUDG

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- Rapport dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji (2015/2060(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sylvie Goulard (A8-0027/2016)

- Rapport dwar għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) (2015/2224(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0032/2016)

- Rapport dwar l-ilħuq tal-mira tal-ġlieda kontra l-faqar fid-dawl tal-ispejjeż li qed jiżdiedu għall-familji (2015/2223(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Tamás Meszerics (A8-0040/2016)

- Rapport dwar l-aspetti relatati mas-sajd fl-ambitu tal-ftehim internazzjonali dwar il-bijodiversità tal-baħar fiż-żoni lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali, Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (2015/2109(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Norica Nicolai (A8-0042/2016)

- Rapport dwar is-settur privat u l-iżvilupp (2014/2205(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Nirj Deva (A8-0043/2016)

- Rapport dwar innovazzjoni u diversifikazzjoni tas-sajd kostali artiġjanali fir-reġjuni li jiddependu mis-sajd (2015/2090(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0044/2016)

- Rapport dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV — approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja (2015/2257(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Ernest Maragall (A8-0049/2016)

- Rapport dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2014 (2015/2127(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Georgi Pirinski (A8-0050/2016)

- Rapport dwar implimentazzjoni u rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (2015/2220(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Tamás Meszerics (A8-0051/2016)

- Rapport dwar regoli komuni fid-dawl tal-applikazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-PKS, inklużi l-Ftehimiet dwar is-Sajd (2015/2091(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0052/2016)

- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Ladislav Balko bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (13879/2015 - C8-0413/2015 - 2015/0816(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0055/2016)

- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Jan Gregor bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (14091/2015 - C8-0412/2015 - 2015/0815(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0057/2016)

- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Anthony Abela bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (05769/2016 - C8-0024/2016 - 2016/0803(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0058/2016)

- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Mihails Kozlovs bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (14446/2015 - C8-0411/2015 - 2015/0814(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0059/2016)

- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Samo Jereb bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (05890/2016 - C8-0025/2016 - 2016/0804(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Bart Staes (A8-0060/2016)

- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Janusz Wojciechowski bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (13904/1/2015 - C8-0414/2015 - 2015/0817(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0061/2016)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hermann Winkler (2016/2000(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0062/2016)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima (COM(2015)0646 - C8-0009/2016 - 2015/0296(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Peter Simon (A8-0063/2016)

- *** I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għan-negozjanti tal-komoditajiet (COM(2015)0648 - C8-0403/2015 - 2015/0295(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sander Loones (A8-0064/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (05977/2016 - C8-0116/2016 - 2015/0265(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Gianluca Buonanno (A8-0065/2016)

- Rapport dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (2015/2095(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteurs: Roberta Metsola, Kashetu Kyenge (A8-0066/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland, min-naħa l-oħra (11634/2015 - C8-0377/2015 - 2015/0152(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Marco Affronte (A8-0067/2016)

- Rapport dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel - dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa (2015/2272(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Sandra Kalniete (A8-0069/2016)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil u l-Europol (13980/2015 - C8-0010/2016 - 2016/0801(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0070/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (05255/2014 - C8-0040/2015 - 2012/0015(NLE)) - commission TRAN - Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A8-0072/2016)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Iżvezja – EGF/2015/009 SE/Volvo Trucks) (COM(2016)0061 - C8-0033/2016 - 2016/2022(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Victor Negrescu (A8-0077/2016)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2016/000 TA 2016 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2016)0078 - C8-0095/2016 - 2016/2025(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Andrey Novakov (A8-0078/2016)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- *** II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (tfassil mill-ġdid) (10580/1/2015 - C8-0417/2015 - 2013/0016(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Michael Cramer (A8-0056/2016)

- *** II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (tfassil mill-ġdid) (10579/1/2015 - C8-0416/2015 - 2013/0015(COD)) - commission TRAN - Rapporteure: Izaskun Bilbao Barandica (A8-0071/2016)

- *** II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (10578/1/2015 - C8-0415/2015 - 2013/0014(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Roberts Zīle (A8-0073/2016)

Avviż legali - Politika tal-privatezza