Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' April 2016 - Strasburgu

14. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' April I (PE 579.940/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Talba mill-Grupp PPE biex, fl-aġenda wara r-Rapport Sajjad Karim (A8-0301/2015) (punt 54 tal-PDOJ), jiddaħħal dibattitu dwar l-oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (2016/2624(RSP)) (B8-0439/2016).

Interventi ta': Angélique Delahaye f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba, Philippe Lamberts favur it-talba, u Pavel Poc kontra t-talba.

B'VE (255 favur, 91 kontra, 16 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

It-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Il-President ħabbar li Malta rtirat il-kandidat tagħha għall-Qorti tal-Awdituri. Għaldaqstant ir-Rapport Igor Soltes (A8-0058/2016) dwar il-ħatra proposta ta' Anthony Abela bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri tneħħa mill-aġenda.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

°
° ° °

Interventi ta': Gianni Pittella u Manfred Weber dwar il-konfrontazzjoni bejn il-forzi tal-ordni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u r-rifuġjati fil-kamp Grieg ta' Idomeni, u Pervenche Berès dwar is-sitwazzjoni tas-Sur Bibo Bourgi fis-Senegal (il-President impenja ruħu li jikkuntattja lill-President tas-Senegal).

Avviż legali - Politika tal-privatezza