Rapport dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji [2015/2060(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sylvie Goulard (A8-0027/2016)
Sylvie Goulard għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Sirpa Pietikäinen, Mady Delvaux, Notis Marias, Sylvie Goulard, dwar l-intervent ta' Notis Marias, Notis Marias biex iweġibha (Il-President iċċarat xi punti), Marco Zanni, Stanislav Polčák u Tibor Szanyi.