Il-President għamel stqarrija dwar l-attentati terroristiċi li saru dan l-aħħar fi Brussell u li fihom mietu 32 u ndarbu 340. Huwa fakkar li t-terroriżmu Iżlamista qed iħalli vittmi kullimkien fid-dinja u li jeħtieġ li niddefendu d-demokrazija u l-libertajiet tagħna flimkien, mingħajr mibegħda u mingħajr vjolenza.
Il-President għadda l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
° ° ° °
Reinhard Bütikofer kien preżenti għas-seduti tat-2 ta' Lulju 2014, tat-13 ta' Novembru 2014, tat-12 ta' Frar 2015, tal-25 ta' Marzu 2015, tad-9 ta' Ġunju 2015 utal-14 ta' Ottubru 2015, imma ismu ma kienx imniżżel fir-reġistru tal-attendenza.
Reinhard Bütikofer avża li huwa kien preżenti għas-seduta tal-20 ta' Mejju 2015 iżda ismu ma kienx imniżżel fir-reġistru tal-attendenza.
4. Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari
L-awtoritajiet Ungeriżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Csaba Molnárfl-ambitu ta' proċedura kriminali mressqa quddiem il-Qorti tad-distretti II u III ta' Budapest.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
5. Verifika tal-kredenzjali
Fuq proposta tal-Kumitat JURI tiegħu, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandati tal-Membri João Pimenta Lopes, Carolina Punset u Jaromír Kohlicek b'seħħ mill-31 ta' Jannar 2016, mit-3 ta' Frar 2016, u mill-4 ta' Frar 2016, rispettivament.
6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Beatrix von Storch telqet mill-Grupp ECR u ngħaqdet mal-Grupp EFDD b'seħħ mit-8 ta' April 2016.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati
Il-President irċieva mill-Gruppi GUE/NGL, EFDD u ECR it-talbiet ta' ħatra li ġejjin:
Kumitat CONT: Luke Ming Flanagan minflok Rina Ronja Kari
Kumitat ECON: Beatrix von Storch minflok Diane James
Kumitat ENVI: Syed Kamall minflok Marcus Pretzell.
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
8. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari
Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (14956/2/2015 - C8-0129/2016 - 2013/0119(COD) 06457/2016 – COM(2016)0206)
irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (14957/2/2015 - C8-0130/2016 - 2013/0091(COD) 06415/2016 – COM(2016)0209)
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambji ta' studenti jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni) (14958/2/2015 - C8-0131/2016 - 2013/0081(COD) 06414/2016 – COM(2016)0184) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (05418/1/2016 - C8-0139/2016 – 2012/0010(COD) - COM(2016)0213)
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (05419/1/2016 - C8-0140/2016 - 2012/0011(COD) - COM(2016)0214) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 12 ta' April 2016.
9. Rettifiki (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat JURI ressaq ir-rettifiki li ġejjin għat-testi adottati mill-Parlament Ewropew:
- Rettifika P8_TA(2015)0439(COR01) tar-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 341, tal-24.12.2015) - (P8_TA(2015)0439 – 2013/0088(COD))
- Rettifika P8_TA(2015)0440(COR01) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 336, tat- 23.12.2015) - (P8_TA(2015)0440 – 2013/0089(COD))
Ir-rettifiki huma disponibbli fuq Europarl.
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifikijitqiesu approvati sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.
10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 13 ta' April 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (00068/2015/LEX - C8-0132/2016 - 2014/0002(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija (00004/2016/LEX - C8-0138/2016 - 2015/0218(COD))
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE (COM(2016)0082 - C8-0061/2016 - 2016/0050(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
EMPL, JURI, IMCO
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Georgia) (COM(2016)0142 - C8-0113/2016 - 2016/0075(COD))
irriferut
responsabbli :
LIBE
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (COM(2016)0128 - C8-0114/2016 – 2016/0070(COD)) F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 304 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
EMPL
opinjoni :
JURI, IMCO
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-soġġezzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida 1-phenyl-2-(1-pyrrolidin-1-yl)pentan-1-one (α-pyrrolidinovalerophenone, α-PVP) għal miżuri ta’ kontroll (15386/2015 - C8-0115/2016 - 2015/0309(CNS))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
ENVI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (05977/2016 - C8-0116/2016 - 2015/0265(NLE))
irriferut
responsabbli :
ITRE
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u dwar il-protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (COM(2016)0134 - C8-0117/2016 - 2016/0074(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
DEVE, ENVI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (14384/2015 - C8-0118/2016 - 2015/0101(NLE))
irriferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
ENVI, ECON, IMCO
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, meta jkunu kkonċernati d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u mad-definizzjoni ta' reati kriminali (14387/2015 - C8-0119/2016 - 2015/0100(NLE))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
ENVI, ECON, CONT, INTA, IMCO
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (14381/2013 - C8-0120/2016 - 2013/0321(NLE))
irriferut
responsabbli :
EMPL
opinjoni :
AGRI, LIBE
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali 2016: Strument ġdid biex jipprovdi appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni - Pożizzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2016 (07068/2016 - C8-0122/2016 - 2016/2037(BUD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
ECON, LIBE
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 (COM(2016)0157 - C8-0123/2016 - 2016/0084(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
IMCO
opinjoni :
AGRI, ENVI, ITRE
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta' aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2016 (COM(2016)0159 - C8-0124/2016 - 2016/0086(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
AGRI
opinjoni :
DEVE, BUDG, CONT, REGI
- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat LT (07319/2016 - C8-0126/2016 - 2016/0805(NLE))
irriferut
responsabbli :
CONT
- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali (COM(2016)0106 - C8-0127/2016 - 2016/0059(CNS))
irriferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
FEMM, LIBE
- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati (COM(2016)0107 - C8-0128/2016 - 2016/0060(CNS))
irriferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
FEMM, LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (COM(2016)0171 - C8-0133/2016 - 2016/0089(NLE))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- Rapport dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji (2015/2060(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sylvie Goulard (A8-0027/2016)
- Rapport dwar għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) (2015/2224(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0032/2016)
- Rapport dwar l-ilħuq tal-mira tal-ġlieda kontra l-faqar fid-dawl tal-ispejjeż li qed jiżdiedu għall-familji (2015/2223(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Tamás Meszerics (A8-0040/2016)
- Rapport dwar l-aspetti relatati mas-sajd fl-ambitu tal-ftehim internazzjonali dwar il-bijodiversità tal-baħar fiż-żoni lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali, Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (2015/2109(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Norica Nicolai (A8-0042/2016)
- Rapport dwar is-settur privat u l-iżvilupp (2014/2205(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Nirj Deva (A8-0043/2016)
- Rapport dwar innovazzjoni u diversifikazzjoni tas-sajd kostali artiġjanali fir-reġjuni li jiddependu mis-sajd (2015/2090(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0044/2016)
- Rapport dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV — approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja (2015/2257(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Ernest Maragall (A8-0049/2016)
- Rapport dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2014 (2015/2127(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Georgi Pirinski (A8-0050/2016)
- Rapport dwar implimentazzjoni u rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (2015/2220(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Tamás Meszerics (A8-0051/2016)
- Rapport dwar regoli komuni fid-dawl tal-applikazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-PKS, inklużi l-Ftehimiet dwar is-Sajd (2015/2091(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0052/2016)
- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Ladislav Balko bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (13879/2015 - C8-0413/2015 - 2015/0816(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0055/2016)
- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Jan Gregor bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (14091/2015 - C8-0412/2015 - 2015/0815(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0057/2016)
- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Anthony Abela bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (05769/2016 - C8-0024/2016 - 2016/0803(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0058/2016)
- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Mihails Kozlovs bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (14446/2015 - C8-0411/2015 - 2015/0814(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0059/2016)
- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Samo Jereb bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (05890/2016 - C8-0025/2016 - 2016/0804(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Bart Staes (A8-0060/2016)
- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Janusz Wojciechowski bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (13904/1/2015 - C8-0414/2015 - 2015/0817(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0061/2016)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hermann Winkler (2016/2000(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0062/2016)
- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima (COM(2015)0646 - C8-0009/2016 - 2015/0296(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Peter Simon (A8-0063/2016)
- *** I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għan-negozjanti tal-komoditajiet (COM(2015)0648 - C8-0403/2015 - 2015/0295(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sander Loones (A8-0064/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (05977/2016 - C8-0116/2016 - 2015/0265(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Gianluca Buonanno (A8-0065/2016)
- Rapport dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (2015/2095(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteurs: Roberta Metsola, Kashetu Kyenge (A8-0066/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland, min-naħa l-oħra (11634/2015 - C8-0377/2015 - 2015/0152(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Marco Affronte (A8-0067/2016)
- Rapport dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel - dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa (2015/2272(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Sandra Kalniete (A8-0069/2016)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil u l-Europol (13980/2015 - C8-0010/2016 - 2016/0801(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0070/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (05255/2014 - C8-0040/2015 - 2012/0015(NLE)) - commission TRAN - Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A8-0072/2016)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Iżvezja – EGF/2015/009 SE/Volvo Trucks) (COM(2016)0061 - C8-0033/2016 - 2016/2022(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Victor Negrescu (A8-0077/2016)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2016/000 TA 2016 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2016)0078 - C8-0095/2016 - 2016/2025(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Andrey Novakov (A8-0078/2016)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- *** II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (tfassil mill-ġdid) (10580/1/2015 - C8-0417/2015 - 2013/0016(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Michael Cramer (A8-0056/2016)
- *** II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (tfassil mill-ġdid) (10579/1/2015 - C8-0416/2015 - 2013/0015(COD)) - commission TRAN - Rapporteure: Izaskun Bilbao Barandica (A8-0071/2016)
- *** II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (10578/1/2015 - C8-0415/2015 - 2013/0014(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Roberts Zīle (A8-0073/2016)
12. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Ottubru III, ta' Novembru II u ta' Diċembru I u II tal-2015 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.
13. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-000055/2016) imressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Miżuri biex tiġi mitigata l-kriżi fis-settur tal-agrikoltura Ewropea (2016/2611(RSP)) (B8-0352/2016)
- (O-000045/2016) imressqa minn Antonio Tajani, Othmar Karas u Burkhard Balz f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Rieżami tal-fattur ta' sostenn lill-SMEs (2016/2652(RSP)) (B8-0353/2016)
- (O-000057/2016) imressqa minn Elisa Ferreira f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: Rieżami tal-fattur ta' sostenn lill-SMEs (2016/2652(RSP)) (B8-0354/2016)
- (O-000060/2016) imressqa minn Paloma López Bermejo, Fabio De Masi, Marisa Matias, Dimitrios Papadimoulis, Miguel Viegas u Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Rieżami tal-fattur ta' sostenn lill-SMEs (2016/2652(RSP)) (B8-0355/2016)
- (O-000065/2016) imressqa minn Sylvie Goulard, Michael Theurer, Marian Harkin, Petr Ježek, Sophia in 't Veld, Philippe De Backer u Cora van Nieuwenhuizen f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Fattur ta' Sostenn lill-SMEs (2016/2652(RSP)) (B8-0356/2016)
- (O-000066/2016) imressqa minn Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: Rieżami tal-fattur ta' sostenn lill-SMEs (2016/2652(RSP)) (B8-0357/2016)
- (O-000004/2016) imressqa minn Ismail Ertug, Lucy Anderson, Francisco Assis, Georges Bach, Miriam Dalli, Isabella De Monte, Karoline Graswander-Hainz, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Herbert Reul, Olga Sehnalová, Claudia Țapardel, Pavel Telička, Kathleen Van Brempt, Wim van de Camp, Kosma Złotowski, Roberts Zīle, Gesine Meissner, Peter Simon, Gabriele Preuß, Susanne Melior, Kerstin Westphal, Norbert Neuser, Bernd Lange, Petra Kammerevert, Maria Noichl, Iris Hoffmann, Ulrike Rodust, Arne Lietz, Evelyne Gebhardt, Jens Geier, Jo Leinen, Joachim Schuster, Constanze Krehl, Udo Bullmann, Jutta Steinruck, Martina Werner, Michael Cramer u Jakob von Weizsäcker, lill-Kummissjoni: Is-sewqan awtonomu (2016/2632(RSP)) (B8-0358/2016)
14. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' April I (PE 579.940/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Talba mill-Grupp PPE biex, fl-aġenda wara r-Rapport Sajjad Karim (A8-0301/2015) (punt 54 tal-PDOJ), jiddaħħal dibattitu dwar l-oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (2016/2624(RSP)) (B8-0439/2016).
Interventi ta': Angélique Delahaye f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba, Philippe Lamberts favur it-talba, u Pavel Poc kontra t-talba.
Il-President ħabbar li Malta rtirat il-kandidat tagħha għall-Qorti tal-Awdituri. Għaldaqstant ir-Rapport Igor Soltes (A8-0058/2016) dwar il-ħatra proposta ta' Anthony Abela bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri tneħħa mill-aġenda.
Il-Ħamis
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
° ° ° °
Interventi ta': Gianni Pittella u Manfred Weber dwar il-konfrontazzjoni bejn il-forzi tal-ordni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u r-rifuġjati fil-kamp Grieg ta' Idomeni, u Pervenche Berès dwar is-sitwazzjoni tas-Sur Bibo Bourgi fis-Senegal (il-President impenja ruħu li jikkuntattja lill-President tas-Senegal).
15. Il-Jum Internazzjonali tar-Rom (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-Jum Internazzjonali tar-Rom (2016/2645(RSP))
Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
Interventi ta': György Hölvényi f'isem il-Grupp PPE, Soraya Post f'isem il-Grupp S&D, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, u James Carver f'isem il-Grupp EFDD.
Intervent ta': Věra Jourová.
Id-dibattitu ngħalaq.
16. Rapporti annwali 2012-2013 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (dibattitu)
Rapport dwar ir-rapporti annwali 2012-2013 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità [2014/2252(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sajjad Karim (A8-0301/2015)
Interventi ta': Kazimierz Michał Ujazdowski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Helga Stevens (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Patricija Šulin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Tiziana Beghin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Tadeusz Zwiefka f'isem il-Grupp PPE, Mady Delvaux f'isem il-Grupp S&D, Hans-Olaf Henkel f'isem il-Grupp ECR, António Marinho e Pinto f'isem il-Grupp ALDE, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Martina Anderson, Max Andersson f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFDD, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Pavel Svoboda u Sergio Gaetano Cofferati.
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President
Interventi ta': Bernd Lucke, Izaskun Bilbao Barandica, Laura Ferrara, Gerolf Annemans, Anna Záborská, Mercedes Bresso, Notis Marias, Rosa Estaràs Ferragut, Evelyn Regner, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Daniel Buda u Jiří Pospíšil.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Victor Negrescu u Ivan Jakovčić.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-abbozz tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (D044281-01 - 2016/2624(RSP)) (B8-0439/2016), imressqa minn Pavel Poc, Kateřina Konečná, Bas Eickhout, Piernicola Pedicini, Mark Demesmaeker, Sirpa Pietikäinen u Frédérique Ries, f'isem il-Kumitat ENVI.
Giovanni La Via (President tal-Kumitat ENVI) ressaq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni.
Interventi ta': Angélique Delahaye f'isem il-Grupp PPE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Susanne Melior, Pavel Poc f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Tibor Szanyi, biex jagħmel mistoqsija "karta blu" lil Julie Girling, li wieġeb, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Peter Liese u Pilar Ayuso, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD, Mairead McGuinness, Karin Kadenbach, Franc Bogovič u Christel Schaldemose.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Clara Eugenia Aguilera García, Richard Ashworth, Marijana Petir u Bronis Ropė.
18. Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi [2014/2150(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann (A8-0208/2015)
Sylvia-Yvonne Kaufmann għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Angelika Niebler, Victor Negrescu, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Andrey Novakov.
Intervent ta': Paloma López Bermejo dwar l-iżvolġiment tal-proċedura "catch the eye" (Il-President spjega l-proċedura applikabbli).
19. Lejn regolamentazzjoni mtejba tas-suq uniku (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar Lejn regolamentazzjoni mtejba tas-suq uniku [2015/2089(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Anneleen Van Bossuyt (A8-0278/2015)
Anneleen Van Bossuyt għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Anna Maria Corazza Bildt, Tibor Szanyi, Vicky Ford, Nicola Caputo, Csaba Sógor u Ruža Tomašić.
21. Erasmus+ u għodod oħra biex titħeġġeġ il-mobbiltà fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar Erasmus+ u għodod oħra biex titħeġġeġ il-mobbiltà fl-ETV - approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja [2015/2257(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Ernest Maragall (A8-0049/2016)
Ernest Maragall għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Andrea Bocskor, Viorica Dăncilă, Notis Marias, María Teresa Giménez Barbat, Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Michaela Šojdrová, Julie Ward, Ruža Tomašić u Ivan Jakovčić.
Intervent ta': Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni).
22. Ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji [2015/2060(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sylvie Goulard (A8-0027/2016)
Sylvie Goulard għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Sirpa Pietikäinen, Mady Delvaux, Notis Marias, Sylvie Goulard, dwar l-intervent ta' Notis Marias, Notis Marias biex iweġibha (Il-President iċċarat xi punti), Marco Zanni, Stanislav Polčák u Tibor Szanyi.
23. Innovazzjoni u diversifikazzjoni tas-sajd kostali artiġjanali fir-reġjuni li jiddependu mis-sajd (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar innovazzjoni u diversifikazzjoni tas-sajd kostali artiġjanali fir-reġjuni li jiddependu mis-sajd [2015/2090(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0044/2016)
Ruža Tomašić għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Francisco José Millán Mon, Ricardo Serrão Santos, Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica, João Ferreira, Davor Škrlec, Gabriel Mato, Nicola Caputo, Ivan Jakovčić, Marijana Petir, Clara Eugenia Aguilera García u Werner Kuhn.
24. Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar: l-aspetti relatati mas-sajd (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-aspetti relatati mas-sajd fl-ambitu tal-ftehim internazzjonali dwar il-bijodiversità tal-baħar fiż-żoni lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali, Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar [2015/2109(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Norica Nicolai (A8-0042/2016)
Norica Nicolai għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Gabriel Mato, Ricardo Serrão Santos, Notis Marias, João Ferreira, Stanislav Polčák, Nicola Caputo u Werner Kuhn.
25. Id-dimensjoni esterna tal-PKS, inklużi l-Ftehimiet dwar is-Sajd (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar regoli komuni fid-dawl tal-applikazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-PKS, inklużi l-Ftehimiet dwar is-Sajd [2015/2091(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0052/2016)
Linnéa Engström għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Gabriel Mato, Ricardo Serrão Santos, Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica, João Ferreira, Stanislav Polčák u Werner Kuhn.
26. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Deirdre Clune, Victor Negrescu, Ruža Tomašić, Yana Toom, Marina Albiol Guzmán, Josep-Maria Terricabras, Piernicola Pedicini, Mario Borghezio, Cristian Dan Preda, Jonás Fernández, Anna Elżbieta Fotyga, Jasenko Selimovic, Xabier Benito Ziluaga, Davor Škrlec, Petr Mach, Gilles Lebreton, Mairead McGuinness, Tibor Szanyi, Marek Jurek, Javier Couso Permuy, Michaela Šojdrová, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Angel Dzhambazki, Stanislav Polčák, Neena Gill, Afzal Khan, Jude Kirton-Darling u Andrejs Mamikins.
27. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 579.940/OJMA).