Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2611(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000055/2016

Testi mressqa :

O-000055/2016 (B8-0352/2016)

Dibattiti :

PV 12/04/2016 - 4
CRE 12/04/2016 - 4

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Minuti
It-Tlieta, 12 ta' April 2016 - Strasburgu

4. Miżuri biex tiġi mitigata l-kriżi fis-settur tal-agrikoltura Ewropea (dibattitu)
CRE

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000055/2016) imressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Miżuri biex tiġi mitigata l-kriżi fis-settur tal-agrikoltura Ewropea (2016/2611(RSP)) (B8-0352/2016)

Czesław Adam Siekierski daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Albert Deß f'isem il-Grupp PPE, Paolo De Castro f'isem il-Grupp S&D, James Nicholson f'isem il-Grupp ECR, u Jan Huitema f'isem il-Grupp ALDE.

PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF
Viċi President

Interventi ta': Maria Lidia Senra Rodríguez f'isem il-Grupp GUE/NGL, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFDD, Edouard Ferrand f'isem il-Grupp ENF, Diane Dodds Membru mhux affiljata, Michel Dantin, Eric Andrieu, Beata Gosiewska, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Ulrike Müller, Luke Ming Flanagan, Maria Heubuch, Mara Bizzotto, Georgios Epitideios, Herbert Dorfmann, Clara Eugenia Aguilera García, Richard Ashworth, Jasenko Selimovic, Estefanía Torres Martínez, Bronis Ropė, Mairead McGuinness, Viorica Dăncilă, Zbigniew Kuźmiuk, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Hilde Vautmans, Hannu Takkula, Matt Carthy, Esther Herranz García, Maria Noichl, Jørn Dohrmann, Daniel Buda, Marc Tarabella, Bas Belder, Elisabeth Köstinger, Paul Brannen, Marijana Petir, Nicola Caputo, Annie Schreijer-Pierik u Sofia Ribeiro.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Peter Jahr, Michela Giuffrida, Ivan Jakovčić u Seán Kelly.

Intervent ta': Phil Hogan.

Id-dibattitu ngħalaq.

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
Viċi President

Interventi ta': Ana Gomes, li talbet lill-President Martin Schulz biex jintervjenti fil-konfront tal-awtoritajiet tal-Angola kontra l-kundanna ta' grupp ta' attivisti favur id-demokrazija fl-Angola u s-sitwazzjoni ta' Nuno Dala, wieħed mill-membri ta' dan il-grupp, li attwalment qiegħed fuq strajk tal-ġuħ (il-President impenja ruħu li jibgħat it-talba), Piernicola Pedicini, biex iħabbar li, b'sinjal ta' luttu għall-mewt ta' Gianroberto Casaleggio, kofundatur tal-"Movimento 5 Stelle" fl-Italja, il-Membri Taljani tal-Grupp EFDD mhumiex se jagħmlu interventi waqt id-dibattiti tal-lum (il-President tenna l-kondoljanzi tiegħu lill-membri tal-Grupp), u Olaf Stuger, dwar ir-riżultati tar-referendum rigward il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna, li sar nhar l-Erbgħa 6 ta' April fin-Netherlands.

Avviż legali - Politika tal-privatezza