Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
5.1. Prodotti li joriġinaw f'ċerti stati AKP ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (riformulazzjoni) [COM(2015)0282 - C8-0154/2015 - 2015/0128(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0010/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Jarosław Wałęsa (rapporteur), qabel il-votazzjoni.
5.2. Ftehim ta' Sħubija mad-Danimarka u l-Groenlandja: opportunitajiet tas-sajd u kontribuzzjoni finanzjarja *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland, min-naħa l-oħra [11634/2015 - C8-0377/2015 - 2015/0152(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Marco Affronte (A8-0067/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
5.3. Ftehim UE-Makaw dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina [05255/2014 - C8-0040/2015 - 2012/0015(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A8-0072/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
5.4. Rata standard minima tal-VAT * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima [COM(2015)0646 - C8-0009/2016 - 2015/0296(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Peter Simon (A8-0063/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
5.5. Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil u l-Europol * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil u l-Europol [13980/2015 - C8-0010/2016 - 2016/0801(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Claude Moraes (A8-0070/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
5.6. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hermann Winkler (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hermann Winkler [2016/2000(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0062/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
5.7. Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar: l-aspetti relatati mas-sajd (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-aspetti relatati mas-sajd fl-ambitu tal-ftehim internazzjonali dwar il-bijodiversità tal-baħar fiż-żoni lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali, Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar [2015/2109(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Norica Nicolai (A8-0042/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
5.8. Annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom [COM(2014)0005 - C7-0032/2014 - 2014/0032(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Michel Dantin (A8-0288/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
5.9. Is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (votazzjoni)
Rapport dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni [2015/2095(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteurs: Roberta Metsola u Cécile Kashetu Kyenge (A8-0066/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
5.10. Rapporti annwali 2012-2013 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (votazzjoni)
Rapport dwar ir-rapporti annwali 2012-2013 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità [2014/2252(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sajjad Karim (A8-0301/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
5.11. Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (votazzjoni)
Rapport dwar Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi [2014/2150(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann (A8-0208/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
Sylvia-Yvonne Kaufmann (rapporteur), qabel il-votazzjoni.
5.12. Lejn regolamentazzjoni mtejba tas-suq uniku (votazzjoni)
Rapport dwar Lejn regolamentazzjoni mtejba tas-suq uniku [2015/2089(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Anneleen Van Bossuyt (A8-0278/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
5.14. Erasmus+ u għodod oħra biex titħeġġeġ il-mobbiltà fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (votazzjoni)
Rapport dwar Erasmus+ u għodod oħra biex titħeġġeġ il-mobbiltà fl-ETV - approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja [2015/2257(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Ernest Maragall (A8-0049/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)
5.15. Ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji (votazzjoni)
Rapport dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji [2015/2060(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sylvie Goulard (A8-0027/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)
5.16. Innovazzjoni u diversifikazzjoni tas-sajd kostali artiġjanali fir-reġjuni li jiddependu mis-sajd (votazzjoni)
Rapport dwar innovazzjoni u diversifikazzjoni tas-sajd kostali artiġjanali fir-reġjuni li jiddependu mis-sajd [2015/2090(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0044/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)