Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 106Artikolu 106(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Pavel Poc, Kateřina Konečná, Bas Eickhout, Piernicola Pedicini, Mark Demesmaeker, Sirpa Pietikäinen u Frédérique Ries, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (D044281-01 - 2016/2624(RSP)) (B8-0439/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
Angélique Delahaye ressqet emenda orali għall-emenda 11. Billi aktar minn 40 Membru opponew li din l-emenda orali tiġi kkunsidrata, din ma ġietx aċċettata.