19. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għamel il-komunikazzjoni li ġejja:
Rakkomandazzjoni tal-Kumitat IMCO biex ma ssirx oġġezzjoni għal att delegat tħabbret fil-plenarja tat-Tlieta, 12 ta' April 2016 (punt 12 tal-Minuti ta' 12.4.2016).
Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105 tar-Regoli ta' Proċedura.
Minħabba f'hekk, din ir-rakkomandazzjoni titqies bħala approvata u se tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati tas-sessjoni tal-Ħamis, 14 ta' April 2016.