Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' April 2016 - Strasburgu

26. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-kompjuters, għal-laptops u għat-tablets (D038863/05 - 2016/2628(RPS) - skadenza: 30 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-approvazzjoni operazzjonali tan-navigazzjoni abbażi tal-prestazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tal-fornituri tas-servizzi tad-dejta u tal-operazzjonijiet li jsiru lil hinn mill-kosta permezz tal-ħelikopters, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (D042243/03 - 2016/2636(RPS) - skadenza: 5 ta' Lulju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-għamara (D042280/04 - 2016/2629(RPS) - skadenza: 30 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn (D042282/04 - 2016/2630(RPS) - skadenza: 30 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż (D043107/03 - 2016/2621(RPS) - skadenza: 21 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE biex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tas-sustanzi (D043371/02 - 2016/2618(RPS) - skadenza: 18 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti minn grupp b'rabta ma' struttura ta' insaturazzjoni alfa-beta (D043860/04 - 2016/2622(RPS) - skadenza: 22 ta' Mejju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-abamektina, għall-aċekinoċil, għall-aċetamiprid, għall-benzovindiflupir, għall-bromossinil, għall-fludijossonil, għall-fluwopikolid, għall-fosetil, għall-mepikwat, għall-prokinażid, għall-propamokarb, għall-proeżadjon u għat-tebukonażol f'ċerti prodotti jew fuqhom (D044014/02 - 2016/2643(RPS) - skadenza: 7 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-etofumesat, għall-etossażol, għall-fenamidon, għall-fluwossastrobin u għall-flurtamon f'ċerti prodotti jew fuqhom (D044016/02 - 2016/2641(RPS) - skadenza: 6 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-1-naftilaċetammid, għall-aċidu 1-naftilaċetiku, għall-kloridażon, għall-fluważifop-P, għall-fuberidażol, għall-mepikwat u għat-tralkossidim f'ċerti prodotti jew fuqhom (D044026/02 - 2016/2642(RPS) - skadenza: 6 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2005/62/KE fejn jidħlu l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità għall-istabbilimenti tad-demm (D044495/01 - 2016/2635(RPS) - skadenza: 5 ta' Lulju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D044567/01 - 2016/2640(RPS) - skadenza: 6 ta' Lulju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar ir-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja ta’ sistemi ta’ kurrent dirett b’vultaġġ għoli u ta’ moduli ta’ parks tal-enerġija konnessi b’kurrent dirett (D044617/02 - 2016/2625(RPS) - skadenza: 22 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Konnessjoni tad-Domanda (D044618/03 - 2016/2631(RPS) - skadenza: 30 ta' Ġunju 2016)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

Avviż legali - Politika tal-privatezza