12. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
— Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja;
— Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi;
— Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir.