Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 9 ta' Mejju 2016 - Strasburgu

7. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għamel il-komunikazzjoni segwenti:

ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat IMCO, li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2016 li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2016/341 fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (2016/2656(DEA)) (B8-0515/2016), ġiet imħabbra fil-plenarja fis-27 ta' April 2016 (punt 8 tal-Minuti ta' 27.4.2016).

Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.

Konsegwentement, din ir-rakkomandazzjoni hija meqjusa approvata u tkun ippubblikata fit-Testi adottati tas-sessjoni tat-Tlieta 10 ta' Mejju 2016.

Avviż legali - Politika tal-privatezza