8. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat JURI bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
Rettifika (P8-TA_PROV(2015)0241(COR1)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni) P8_TA-PROV(2015)0241 - (COM(2014)0605 – C8-0171/2014 – 2014/0280(COD)) - Kumitat JURI
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.
Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.