Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 9 ta' Mejju 2016 - Strasburgu

10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 11 ta' Mejju 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (riformulazzjoni) (00012/2016/LEX - C8-0169/2016 - 2013/0016(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni) (00011/2016/LEX - C8-0168/2016 - 2013/0015(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (00010/2016/LEX - C8-0167/2016 - 2013/0014(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni) (00018/2016/LEX - C8-0166/2016 - 2013/0081(COD))

- Regolament tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (00019/2016/LEX - C8-0165/2016 - 2013/0091(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (00001/2016/LEX - C8-0163/2016 - 2014/0346(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (00002/2016/LEX - C8-0162/2016 - 2013/0408(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini essenzjali (00005/2016/LEX - C8-0161/2016 - 2014/0165(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fi stabbilimenti edukattivi (00075/2015/LEX - C8-0160/2016 - 2014/0014(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (kodifikazzjoni) (00024/2015/LEX - C8-0159/2016 - 2014/0216(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza