Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 9 ta' Mejju 2016 - Strasburgu

11. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (COM(2016)0196 - C8-0134/2016 – 2016/0105(COD))

B'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 304 u 307 tat-Trattat, il- President ser jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill- Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2016)0194 - C8-0135/2016 – 2016/0106(COD))

B'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 304 u 307 tat-Trattat, il- President ser jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill- Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (15561/2015 - C8-0158/2016 - 2015/0298(NLE))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AFET

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/174/KE (05820/2014 - C8-0164/2016 - 2013/0361(APP))

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

ECON

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- Rapport dwar il-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni muntanjużi tal-UE (2015/2279(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Iliana Iotova (A8-0074/2016)

- Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (2015/2097(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Maria Arena (A8-0076/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (13015/2015 - C8-0402/2015 - 2015/0224(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0142/2016)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu minn perspettiva tal-ġeneru (2015/2118(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Catherine Bearder (A8-0144/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (12773/2015 - C8-0354/2015 - 2015/0229(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0147/2016)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2016)0025 - C8-0030/2016 - 2016/0010(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Dariusz Rosati (A8-0157/2016)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (14956/2/2015 - C8-0129/2016 - 2013/0119(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Mady Delvaux (A8-0156/2016)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (14957/2/2015 - C8-0130/2016 - 2013/0091(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0164/2016)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambji ta' studenti jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni) (14958/2/2015 - C8-0131/2016 - 2013/0081(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0166/2016)

Avviż legali - Politika tal-privatezza