L-abbozz ta' aġenda finali tas-seduti plenarji ta' Mejju I 2016 (PE 581.444/PDOJ) tqassam.
° ° ° °
Intervent ta': Olaf Stuger, li ddeplora l-fatt li l-aġenda ma tinkludix diskussjoni dwar ir-referendum Netherlandiż tas-6 ta' April 2016 (il-President wieġeb li din it-talba ġiet irrifjutata fil-Konferenza tal-Presidenti).
Intervent ta': Jean-Luc Schaffhauser.
Intervent ta': David-Maria Sassoli.
° ° ° °
Ġiet proposta l-emenda li ġejja għall-aġenda (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp GUE/NGL sabiex jiġu inklużi, bħala t-tielet punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-progress tat-Turkija fl-issodisfar tar-rekwiżiti tal-pjan direzzjonali tagħha tal-liberalizzazzjoni tal-viża.
Interventi ta': Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Rebecca Harms, favur it-talba, u Roberta Metsola, kontra t-talba.