Rapport dwar il-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni muntanjużi tal-UE [2015/2279(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Iliana Iotova (A8-0074/2016)
Rapport dwar għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) [2015/2224(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0032/2016)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000070/2016) mressqa minn Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat REGI, lill-Kummissjoni: Inħaffu l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni (2016/2550(RSP)) (B8-0364/2016)
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Iliana Iotova u Ruža Tomašić ippreżentaw ir-rapport.
Iskra Mihaylova daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta': Michaela Šojdrová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Franc Bogovič f'isem il-Grupp PPE, Constanze Krehl f'isem il-Grupp S&D, Mirosław Piotrowski f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Ivan Jakovčić f'isem il-Grupp ALDE, Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Monika Vana f'isem il-Grupp Verts/ALE.
PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI Viċi President
Interventi ta': Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD, Olaf Stuger f'isem il-Grupp ENF, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, Daniel Buda, Liliana Rodrigues, Matthijs van Miltenburg, Josu Juaristi Abaunz, Isabella Adinolfi, Philippe Loiseau, Konstantinos Papadakis, Ivana Maletić, Derek Vaughan, Julia Reid, Lambert van Nistelrooij, Mercedes Bresso, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Bill Etheridge, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Olaf Stuger, Joachim Zeller, Jens Nilsson, Krzysztof Hetman, Tonino Picula, Maria Spyraki, Monika Smolková, Jan Olbrycht, Viorica Dăncilă, Julie Ward, Michela Giuffrida u Csaba Molnár.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Richard Howitt, Maria Grapini u Victor Negrescu.
Interventi ta': Karmenu Vella, Iliana Iotova u Ruža Tomašić.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat REGI, dwar l-aċċelerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni (2016/2550(RSP)) (B8-0562/2016).