2. Status ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Status ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina (2016/2667(RSP))
Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) u Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Daniel Caspary f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Emma McClarkin f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, David Borrelli f'isem il-Grupp EFDD, Marine Le Pen f'isem il-Grupp ENF, Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat, Iuliu Winkler, Alessia Maria Mosca, Joachim Starbatty, Hannu Takkula, Eleonora Forenza, Yannick Jadot, Bill Etheridge, Matteo Salvini, Santiago Fisas Ayxelà, David Martin, Remo Sernagiotto, Marielle de Sarnez, Franz Obermayr, Jarosław Wałęsa, Victor Boştinaru, Bas Belder, Salvatore Cicu, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Christofer Fjellner, Bernd Lange, Franck Proust, Emmanuel Maurel, Massimiliano Salini u Jo Leinen.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Carlos Iturgaiz, Edouard Martin, Pavel Telička, Arne Gericke, Tiziana Beghin, Maria Grapini, Izaskun Bilbao Barandica, Georgios Epitideios, Michaela Šojdrová, Nicola Caputo, Notis Marias (Il-President fakkar fid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-proċedura "catch the eye") u Nicola Danti.
Interventi ta': Vytenis Povilas Andriukaitis u Jeanine Hennis-Plasschaert.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
3. Tkabbir ekonomiku u l-impjieg taż-żgħażagħ (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tkabbir ekonomiku u l-impjieg taż-żgħażagħ (2016/2702(RSP))
Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) u Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta': Françoise Grossetête f'isem il-Grupp PPE, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, Anthea McIntyre f'isem il-Grupp ECR, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Werner Kuhn, Thomas Händel f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Andi Cristea, Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marju Lauristin, Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Tom Vandenkendelaere, Jutta Steinruck, Ulrike Trebesius, Enrique Calvet Chambon, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Marisa Matias, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Sotirios Zarianopoulos, Romana Tomc, Carlos Zorrinho, Jean Arthuis, Neoklis Sylikiotis, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Claude Rolin, Brando Benifei, Sofia Ribeiro, Sergio Gutiérrez Prieto, Georgios Kyrtsos, Pervenche Berès u Michaela Šojdrová.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Cláudia Monteiro de Aguiar, Nicola Caputo, Notis Marias, Kostas Chrysogonos, Igor Šoltes, Ivana Maletić, Maria Grapini, Milan Zver, Victor Negrescu, Csaba Sógor u Javi López.
Interventi ta': Jeanine Hennis-Plasschaert u Vytenis Povilas Andriukaitis.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 11.45. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.00.)
PRESIDENZA: Ulrike LUNACEK Viċi President
4. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċeviet it-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-grupp ECR:
Kumitat ENVI: Rikke Karlsson minflok Syed Kamall
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: Evžen Tošenovský minflok Roberts Zīle
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: Roberts Zīle minflok Evžen Tošenovský.
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
5. Modifika tal-aġenda
Bi qbil mal-Artikolu 152(2) tar-Regoli ta' Proċedura u bi qbil mal-gruppi politiċi, il-President ipproponiet li l-aġenda ta' nhar l-Erbgħa tinbidel kif ġej:
- Id-dibattitu dwar is-"Segwitu għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA"(punt 74 tal-aġenda) se jiġi pospost għas-sessjoni parzjali ta' Ġunju I.
Il-Parlament approva l-proposta.
Għaldaqstant l-aġenda ġiet immodifikata.
6. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
6.1. Protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) [COM(2014)0660 - C8-0229/2014 - 2014/0305(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0257/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
6.2. Protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-UE ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni) [COM(2014)0667 - C8-0232/2014 - 2014/0309(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0256/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
6.3. Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-UE u l-Liberja *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu [2015/0224(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0142/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim u l-protokoll ta' implimentazzjoni tiegħu.
6.4. Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u l-Mauritania: l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin [12773/2015 - C8-0354/2015 - 2015/0229(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0147/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.
6.5. Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) mal-Korea *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra [2015/0265(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Gianluca Buonanno (A8-0065/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
6.6. Għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) [2015/2224(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0032/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
6.7. Statistika li tikkonċerna l-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f'servizzi u l-investiment dirett barrani ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani rigward l-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri [COM(2014)0379 - C8-0038/2014 - 2014/0194(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Giegold (A8-0227/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Rakkomandazzjoni Jarosław Wałęsa - A8-0142/2016 Jean-Luc Mélenchon, Andrejs Mamikins, Daniel Hannan u James Carver
Rakkomandazzjoni Gabriel Mato - A8-0147/2016 Andrejs Mamikins
Rapport Ruža Tomašić - A8-0032/2016 Krisztina Morvai, Andrejs Mamikins, Monica Macovei, Jiří Pospíšil u Bill Etheridge
Rapport Iliana Iotova - A8-0074/2016 Maria Lidia Senra Rodríguez f'isem il-Grupp GUE/NGL, Krisztina Morvai, Andrejs Mamikins, Monica Macovei u Mairead McGuinness.
8. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq il-Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.35. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN Viċi President
9. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
10. In-negozjati li għaddejjin dwar l-ewwel rieżami tal-Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: In-negozjati li għaddejjin dwar l-ewwel rieżami tal-Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja (2016/2697(RSP))
Pierre Moscovici (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Sylvie Goulard f'isem il-Grupp ALDE, Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Steven Woolfe f'isem il-Grupp EFDD, Marcel de Graaff f'isem il-Grupp ENF, Konstantinos Papadakis Membru mhux affiljat, Manolis Kefalogiannis, Roberto Gualtieri, Bernd Lucke, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Jean Arthuis, Nikolaos Chountis, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Ernest Urtasun, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Marco Zanni, Harald Vilimsky, Lampros Fountoulis, Françoise Grossetête, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Georgios Epitideios, Udo Bullmann, Joachim Starbatty, Nils Torvalds, Sofia Sakorafa, Eva Joly, Florian Philippot, Siegfried Mureşan, Pervenche Berès, Bernard Monot, Georgios Kyrtsos, Eva Kaili, Paul Tang, Miltiadis Kyrkos, Jonás Fernández u Costas Mavrides.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Spyraki, Marielle de Sarnez, Nikos Androulakis, Seán Kelly, Nicola Caputo, Pirkko Ruohonen-Lerner u Kostas Chrysogonos.
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Preparazzjoni tas-Summit Umanitarju Dinji (2016/2585(RSP))
Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) u Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Charles Goerens f'isem il-Grupp ALDE, Miguel Urbán Crespo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Peter Lundgren f'isem il-Grupp EFDD, Gianluca Buonanno f'isem il-Grupp ENF, Davor Ivo Stier, Silvia Costa, Arne Gericke, Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Bogdan Brunon Wenta, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Elena Valenciano, Ruža Tomašić, Urmas Paet, Cristian Dan Preda, Arne Lietz, Andrey Kovatchev, Doru-Claudian Frunzulică, Lars Adaktusson, Pedro Silva Pereira, Adam Szejnfeld u Julie Ward.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Ana Gomes, Notis Marias, Csaba Sógor u Cécile Kashetu Kyenge.
Interventi ta': Christos Stylianides u Jeanine Hennis-Plasschaert.
Id-dibattitu ngħalaq.
12. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Billi ma kien hemm l-ebda talba biex titressaq għall-votazzjoni minn grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru (Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura), din ir-rettifika tqieset approvata.
13. UE-MERCOSUR: It-triq 'il quddiem fin-negozjati kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000046/2016) imressqa minn Bernd Lange u Pablo Zalba Bidegain, f'isem il-Kumitat INTA lill-Kummissjoni: UE-Mercosur: It-triq 'il quddiem għan-negozjati kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (2016/2596(RSP)) (B8-0366/2016)
Bernd Lange daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta': Santiago Fisas Ayxelà f'isem il-Grupp PPE, Nicola Danti f'isem il-Grupp S&D, James Nicholson f'isem il-Grupp ECR, u Dita Charanzová f'isem il-Grupp ALDE.
PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ Viċi President
Interventi ta': Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, José Bové f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Georg Mayer f'isem il-Grupp ENF, Daniel Caspary, Francisco Assis, Xabier Benito Ziluaga, Edouard Ferrand, Christofer Fjellner, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Francisco José Millán Mon, Ramón Jáuregui Atondo, Albert Deß, Carlos Zorrinho, Davor Ivo Stier, Michel Dantin, Luis de Grandes Pascual, Cláudia Monteiro de Aguiar, Mairead McGuinness, Tokia Saïfi, Seán Kelly u Pablo Zalba Bidegain.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Clara Eugenia Aguilera García, Notis Marias, Marian Harkin, Miguel Viegas, Czesław Adam Siekierski, Nicola Caputo u Luke Ming Flanagan.
Intervent ta': Cecilia Malmström.
Id-dibattitu ngħalaq.
14. Segwitu u sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Segwitu u sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (2016/2696(RSP))
Jeanine Hennis-Plasschaert (President fil-kariga tal-Kunsill) u Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Davor Ivo Stier f'isem il-Grupp PPE, Linda McAvan f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Paavo Väyrynen f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Maria Heubuch f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Cristian Dan Preda, Kathleen Van Brempt, Nirj Deva, Beatriz Becerra Basterrechea, Michael Gahler, Arne Lietz, Dubravka Šuica, li wieġbet ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Tibor Szanyi u Doru-Claudian Frunzulică, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira u Marlene Mizzi.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Lynn Boylan.
Intervent ta': Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI Viċi President
Intervent ta': Jeanine Hennis-Plasschaert.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
15. Għajnuna tal-UE lil-Libanu u lill-Ġordan biex jaffaċċjaw l-effetti tal-kriżi Sirjana (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Għajnuna tal-UE lil-Libanu u lill-Ġordan biex jaffaċċjaw l-effetti tal-kriżi Sirjana (2016/2698(RSP))
Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Bas Belder f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Franz Obermayr f'isem il-Grupp ENF, Udo Voigt Membru mhux affiljat, Andrey Kovatchev, Elena Valenciano, Ryszard Czarnecki, Marietje Schaake, Younous Omarjee, Ulrike Lunacek, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Udo Voigt, James Carver, Zoltán Balczó, Michael Gahler, Josef Weidenholzer, Helga Stevens, Mike Hookem, Georgios Epitideios, Andrej Plenković, Andrea Cozzolino, Monica Macovei, Jaromír Štětina, Afzal Khan, Marek Jurek, Dubravka Šuica, Demetris Papadakis, David Martin, Arne Lietz u Gilles Pargneaux, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':Julie Ward, Notis Marias, Ivo Vajgl u Eleftherios Synadinos.
Intervent ta': Federica Mogherini.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Id-dibattitu ngħalaq.
16. Kompożizzjoni tal-kumitati
Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-grupp ENF:
Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku: Marcus Pretzell minflok Georg Mayer
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
17. Is-sitwazzjoni fil-Venezwela (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fil-Venezwela (2016/2699(RSP))
Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, Ramón Jáuregui Atondo f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, Javier Couso Permuy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cristian Dan Preda, Francisco Assis, Dita Charanzová, João Pimenta Lopes, Luis de Grandes Pascual, Carlos Zorrinho, José Inácio Faria, David McAllister, Gabriel Mato, Fernando Ruas, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tunne Kelam, Davor Ivo Stier, Francisco José Millán Mon u Cláudia Monteiro de Aguiar
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ana Gomes, Notis Marias u Igor Šoltes.
Intervent ta': Federica Mogherini.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: sessjoni parzjali ta' Ġunju I.
18. Spustamenti u twaqqigħ ta' bini fix-Xatt tal-Punent, inklużi proġetti ffinanzjati mill-UE (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Spustamenti u twaqqigħ ta' bini fix-Xatt tal-Punent, inklużi proġetti ffinanzjati mill-UE (2016/2712(RSP))
Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Bas Belder f'isem il-Grupp ECR, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp ALDE, Martina Anderson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rosa D'Amato, Marcus Pretzell, Marita Ulvskog, Branislav Škripek, Ivo Vajgl, Patrick Le Hyaric, Pascal Durand, Gilles Pargneaux, Arne Gericke, Neoklis Sylikiotis, Keith Taylor, Afzal Khan, Sofia Sakorafa, Eugen Freund, Josu Juaristi Abaunz, Maria Arena u Ana Gomes.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':Fulvio Martusciello, Julie Ward, Notis Marias, Miguel Urbán Crespo, Ernest Maragall u Klaus Buchner.
Intervent ta': Federica Mogherini.
Id-dibattitu ngħalaq.
19. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 581.444/OJME).