22. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Abbozzi tal-atti delegati li ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet operattivi għal ditti ta' investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (C(2016)02398 - 2016/2679(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 25 April 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (C(2016)02658 - 2016/2715(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 Mejju 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi minimi ta' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u l-kontenut minimu tar-rapporti dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan (C(2016)02665 - 2016/2720(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 10 Mejju 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-AnnessIX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini riżervati fakultattivi għaż-żejt taż-żebbuġa (C(2016)02693 - 2016/2716(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 Mejju 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
Abbozz tal-att iddelegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat fuq talba tal-kumitat kompetenti:
- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li temenda l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-Belarussja C(2016)02164 - 2016/2669(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-15 ta' April 2016 Proroga tat-terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn Irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG
Abbozz tal-att iddelegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet inbidel minn xahar għal tliet xhur fuq talba tal-kumitat kompetenti:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u l-pjanijiet ta' rkupru tal-grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp, ir-rekwiżiti għall-valutaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni u l-avviż tas-sospensjoni u l-funzjonament operattivi tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni – (C(2016)01691 – 2016/2627(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Marzu 2016 fuq talba tal-kumitat kompetenti. Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON