23. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (D043100/03 - 2016/2713(RPS) - skadenza: 5 ta' Awwissu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard (D043572/02 - 2016/2691(RPS) - skadenza: 4 ta' Awwissu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta' prodotti tal-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D043609/02 - 2016/2690(RPS) - skadenza: 4 ta' Awwissu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta' prodotti tal-ikel u li tkun tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D043610/02 - 2016/2687(RPS) - skadenza: 3 ta' Awwissu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda (D043656/03 - 2016/2689(RPS) - skadenza: 3 ta' Awwissu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D043783/03 - 2016/2717(RPS) - skadenza: 5 ta' Awwissu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV (D043913/02 - 2016/2678(RPS) - skadenza: 27 ta' Lulju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-AMTT, għad-dikwat, għad-dodina, għall-glufosinat u għat-tritosulfuron f'ċerti prodotti jew fuqhom (D044023/02 - 2016/2638(RPS) - skadenza: 6 ta' Ġunju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar permezz ta’ sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) u l-proċedura għall-ittestjar tad-durabilità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni (D044529/02 - 2016/2721(RPS) - skadenza: 11 ta' Awwissu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D044599/02 - 2016/2708(RPS) - skadenza: 4 ta' Awwissu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D044665/01 - 2016/2685(RPS) - skadenza: 30 ta' Lulju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta' prodotti tal-ikel u li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D044670/02 - 2016/2688(RPS) - skadenza: 30 ta' Lulju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta' prodotti tal-ikel u li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D044671/01 - 2016/2686(RPS) - skadenza: 30 ta' Lulju 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (D044711/03 - 2016/2723(RPS) - skadenza: 11 ta' Awwissu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI