Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 6 ta' Ġunju 2016 - Strasburgu

5. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 8 ta' Ġunju 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, kummerċ internazzjonali ta' servizzi u investiment dirett barrani (00008/2016/LEX - C8-0207/2016 - 2014/0194(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehim ta' sħubija ekonomika (Riformulazzjoni) (00006/2016/LEX - C8-0206/2016 - 2015/0128(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni) (00025/2015/LEX - C8-0205/2016 - 2014/0280(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (00048/2015/LEX - C8-0204/2016 - 2014/0305(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni) (00047/2015/LEX - C8-0203/2016 - 2014/0309(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (00072/2015/LEX - C8-0202/2016 - 2013/0314(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali ("ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali") (00003/2016/LEX - C8-0201/2016 - 2014/0032(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għan-negozjanti tal-komoditajiet (00013/2016/LEX - C8-0199/2016 - 2015/0295(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (00076/2015/LEX - C8-0198/2016 - 2013/0402(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza