Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 6 ta' Ġunju 2016 - Strasburgu

9. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo*) (COM(2016)0277 - C8-0177/2016 – 2016/0139(COD))

*Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

irriferut

responsabbli:

LIBE

opinjoni:

AFET

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd (riformulazzjoni) (COM(2016)0273 - C8-0187/2016 - 2016/0145(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

PECH

opinjoni:

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (07067/2015 - C8-0189/2016 - 2015/0003(NLE))

irriferut

responsabbli:

TRAN

- Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat CY (09186/2016 - C8-0190/2016 - 2016/0807(NLE))

irriferut

responsabbli:

CONT

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-listi tal-proċedimenti ta’ insolvenza u l-prattikanti fl-insolvenza fl-Annessi A u B tar-Regolament (UE) 2015/848 dwarproċedimenti ta’insolvenza (COM(2016)0317 - C8-0196/2016 - 2016/0159(COD))

irriferut

responsabbli:

JURI

opinjoni:

ECON, LIBE

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (2015/2234(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A8-0143/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13085/2014 - C8-0009/2015 - 2014/0224(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A8-0148/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (05431/2015 - C8-0061/2015 - 2013/0441(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A8-0149/2016)

- Rapport dwar kapċitajiet spazjali għas-sigurtà u d-difiża Ewropea (2015/2276(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Bogdan Andrzej Zdrojewski (A8-0151/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk, sa fejn huma kkonċernati d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll li ma jaqgħux taħt it-Titolu V tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (14384/2015 - C8-0118/2016 - 2015/0101(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Adam Szejnfeld (A8-0154/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12594/2014 - C8-0180/2015 - 2014/0234(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Santiago Fisas Ayxelà (A8-0155/2016)

- Rapport dwar l-Operazzjonijiet ta’ Appoġġ għall-Paċi - l-involviment tal-UE man-NU u l-Unjoni Afrikana (2015/2275(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Geoffrey Van Orden (A8-0158/2016)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-objettiv tematiku "nsaħħu l-kompetittività tal-SMEs" (Artikolu 9(3) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) (2015/2282(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Rosa D'Amato (A8-0162/2016)

- Rapport dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej (2015/2227(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Jan Huitema (A8-0163/2016)

- Rapport dwar ir-Rapport 2015 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (2015/2317(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0165/2016)

- Rapport dwar l-Alleanza l-Ġdida għas-Sigurtà Alimentari u n-Nutrizzjoni (2015/2277(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Maria Heubuch (A8-0169/2016)

- Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) u dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS), tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) u tal-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) (2016/2006(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Theodor Dumitru Stolojan (A8-0172/2016)

- Rapport dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (2015/2065(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Edward Czesak (A8-0173/2016)

- Rapport dwar soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli fl-UE (2015/2225(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Anthea McIntyre (A8-0174/2016)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-soġġezzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida 1-phenyl-2-(pyrrolidin-1-yl)pentan-1-one (α-pyrrolidinovalerophenone, α-PVP) għal miżuri ta' kontroll (15386/2015 - C8-0115/2016 - 2015/0309(CNS)) - Kumitat LIBE (A8-0175/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12080/2015 - C8-0400/2015 - 2015/0193(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0177/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12095/2015 - C8-0390/2015 - 2015/0201(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0178/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12089/2015 - C8-0374/2015 - 2015/0196(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0179/2016)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Rimantas Šadžius bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (07319/2016 - C8-0126/2016 - 2016/0805(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Bart Staes (A8-0183/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim Rivedut tal-1958") (13954/2015 - C8-0112/2016 - 2015/0249(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Bernd Lange (A8-0185/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim fil-forma ta' Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) (06925/2016 - C8-0141/2016 - 2016/0067(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl (A8-0186/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija (COM(2016)0067 - C8-0032/2016 - 2016/0039(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Marielle de Sarnez (A8-0187/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (COM(2016)0113 - C8-0109/2016 - 2016/0064(COD)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Ingeborg Gräßle (A8-0188/2016)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (COM(2016)0026 - C8-0031/2016 - 2016/0011(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Hugues Bayet (A8-0189/2016)

- *** Rapport interim dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri, f'isem l-Unjoni, mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara fir-rigward tal-aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili (14112/2015 - C8-0409/2015 - 2015/0136(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0190/2016)

- *** Rapport interim dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara bl-eċċezzjoni ta' aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili (13806/2015 - C8-0410/2015 - 2015/0135(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0191/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali u kemm l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (08112/2016 - C8-0184/2016 - 2016/0061(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0192/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, meta jkunu kkonċernati d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u mad-definizzjoni ta' reati kriminali (14387/2015 - C8-0119/2016 - 2015/0100(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Martina Anderson (A8-0198/2016).

Avviż legali - Politika tal-privatezza