Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 6 ta' Ġunju 2016 - Strasburgu

10. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Ġunju I (PE 583.763/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jingħalaq id-dibattitu dwar il-mistoqsijiet orali dwar "Id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016" (2016/2600(RSP)) (punt 64 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) bil-preżentazzjoni ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni, imniżżla fil-ħin tal-votazzjonijiet tas-sessjoni parzjali ta' Lulju.

Interventi ta': Anja Hazekamp, f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex tiġġustifika t-talba, u Philippe Lamberts, biex jappoġġaha.
B'VSI
(183 favur, 114 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp PPE biex jiddaħħlu, bħala l-aħħar punt tal-aġenda ta' waranofsinhar, id-"Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt (Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura)" (punti 79, 80 u 81 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).

Intervent ta': Cristian Dan Preda, f'isem il-Grupp PPE, biex jiġġustifika t-talba.

B'VE (96 favur, 205 kontra, 10 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza