Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni fil-Bangladesh (2016/2729(RSP))
Bert Koenders (President tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Neena Gill f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Fernando Ruas, Josef Weidenholzer, Mark Demesmaeker, Thomas Mann, Maria Arena, Bas Belder, Eduard Kukan u Ana Gomes.
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)
Interventi ta': Amjad Bashir, Pier Antonio Panzeri u Agnes Jongerius.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':Notis Marias, Kateřina Konečná u Csaba Sógor.