Il-President fakkar li waqt is-seduta plenarja tal-11 ta' Mejju 2016, il-President tal-Parlament iddeċieda li jimponi piena kontra Eleftherios Synadinos minħabba kummenti inaċċettabbli rigward il-poplu Tork li għamel waqt is-seduta tad-9 ta' Marzu 2016 (punt 11 tal-Minuti tal-11 ta' Mejju 2016).
Fil-laqgħa tiegħu tat-Tnejn 6 ta' Ġunju 2016, il-Bureau eżamina l-appell li ressaq Eleftherios Synadinos u kkonferma bl-unanimità d-deċiżjoni tal-President li jimponilu piena li tikkonsisti fit-telf tal-jedd għall-allowance ta' sussistenza għal perjodu ta' għaxart ijiem.
Id-deċiżjoni ġiet innotifikata lbieraħ lill-persuna kkonċernata.