12.8. Ratifika u adeżjoni tal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara bl-eċċezzjoni ta' aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport Interim dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri, f'isem l-Unjoni, mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b'Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta' Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara fir-rigward tal-aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili [14112/2015 - C8-0409/2015 - 2015/0136(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0190/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)