12.9. Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Filippini (adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [13085/2014 - C8-0009/2015 - 2014/0224(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Elmar Brok (A8-0148/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)