Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-grupp PPE:
Delegazzjoni għall-Kumitati Parlamentari għall-Kooperazzjoni UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan u UE-Użbekistan u delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet mat-Taġikistan, it-Turkmenistan, u l-Mongolja: Laima Liucija Andrikienė
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.