12. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
- Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea;
- Protokoll addizzjonali għall-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja;
- Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar mekkaniżmu finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021;
- Protokoll addizzjonali għall-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda