Il-President ta' ġieħ lil Jo Cox, deputat Laburista Britannika li nqatlet quddiem l-uffiċċju tal-kampanja tagħha, nhar il-Ħamis 16 ta' Ġunju 2016 f'Birstall (ir-Renju Unit).
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha kkundanna l-attentat f'Orlando (l-Istati Uniti) fit-12 ta' Ġunju 2016 u l-qtil ta' koppja ta' pulizija f'Magnanville (Franza) fit-13 ta' Ġunju 2016.
Il-President għadda l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi u rringrazzja lill-membri tal-korpi tas-sigurtà li jipproteġu d-demokrazija u ċ-ċittadini.
3. Seduta solenni - L-Istat tal-Iżrael
Mit-15.15 sal-15.50 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni tad-diskors ta' Reuven Rivlin, President tal-Istat tal-Iżrael.
PRESIDENZA: Antonio TAJANI Viċi President
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
Interventi ta': Bruno Gollnisch, Jerzy Buzek u Alojz Peterle.
5. Verifika tal-kredenzjali
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandat ta' Jakop Dalunde b'effett mid-data 7 ta' Ġunju 2016.
6. Kompożizzjoni tad-delegazzjonijiet
Fuq talba tal-Grupp GUE/NGL, il-Parlament irratifika l-ħatra li ġejja:
7. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat REGI bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
Rettifika (P7_TA(2013)0482(COR02))għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament ikkwotat hawn fuqP7_TA(2013)0482) - (COM(2013)0246 – C7-0107/2013 – 2011/0276(COD)) - Kumitat REGI
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.
Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.
8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, il-President tal-Parlament, matul din is-sessjoni, se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (00024/2016/LEX - C8-0221/2016 - 2016/0034(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (00023/2016/LEX - C8-0222/2016 - 2016/0033(COD))
9. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari
Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (08536/1/2016 - C8-0226/2016 - 2013/0279(COD) – 09994/2016 – COM(2016)0420)
irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (07532/2/2016 - C8-0227/2016 - 2013/0302(COD) – 09715/2016 – COM(2016)0429)
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 23 ta' Ġunju 2016.
10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum u l-provvediment ta' informazzjoni għall-finijiet ta' trasparenza u ta' kalkoli oħra (C(2016)02711 - 2016/2785(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Ġunju 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għal-livell ta’ preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju (C(2016)03316 - 2016/2776(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Ġunju 2016 (+ proroga tal-iskadenza b'xahar fuq talba tal-Kunsill)
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplementa d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji f'dak li għandu x'jaqsam mal-istandards tekniċi regolatorji dwar id-dejta li għandha tiġi ppubblikata miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet (C(2016)03333 - 2016/2779(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-8 ta' Ġunju 2016 (+ proroga tal-iskadenza b'xahar fuq talba tal-Kunsill)
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni annwali mid-ditti tal-investiment ta' informazzjoni dwar l-identità taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni (C(2016)03337 - 2016/2778(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-8 ta' Ġunju 2016 (+ proroga tal-iskadenza b'xahar fuq talba tal-Kunsill)
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw sett minimu ta’ informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji li għandha tkun fir-rekords dettaljati u ċ-ċirkustanzi li fihom ir-rekwiżit għandu jkun impost (C(2016)03356 - 2016/2777(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Ġunju 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 wara Ftehim ta’ Sħubija Volontarju mal-Indoneżja għal skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjonijiet ta' injam lejn l-Unjoni Ewropea (C(2016)03438 - 2016/2781(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-9 ta' Ġunju 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (C(2016)03446 - 2016/2782(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-10 ta' Ġunju 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2019, 2020 u 2021, għall-istħarriġ kampjunarju dwaril-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 577/98 (C(2016)03515 - 2016/2792(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Ġunju 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dwar ftehimiet u skemi ta' ġenerazzjoni tas-suq (C(2016)03523 - 2016/2784(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Ġunju 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta’ appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix (C(2016)03532 - 2016/2783(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-10 ta' Ġunju 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni u biex ma jiġux evitati r-regoli u l-obbligi (C(2016)03544 - 2016/2786(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Ġunju 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
Abbozz ta' att delegat li l-iskadenza tiegħu biex isiru oġġezzjonijiet ġiet estiza:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-klassijiet ta’ arranġamenti li għandhom jiġu protetti fi trasferiment parzjali tal-proprjetà skont l-Artikolu76 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill C(2016)01372 - 2016/2620(DEA)
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Marzu 2016
Proroga tal-iskadenza għal oġġezzjoni: 3 xhur fuq talba tal-Kunsill.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
Abbozzi ta' atti delegati li l-iskadenza tagħhom ġiet modifikata minn xahar għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat kompetenti:
– Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-aċċess għall-informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni (C(2016)02887 – 2016/2742(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Mejju 2016 fuq talba tal-kumitat kompetenti.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
– Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1222/2014 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (C(2016)02815 – 2016/2736(DEA))
Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Mejju 2016 fuq talba tal-kumitat kompetenti.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 2/2015 - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (N8-0038/2016 - C8-0212/2016 - 2016/2104(GBD))
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 11/2016 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0040/2016 - C8-0216/2016 - 2016/2106(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet V/AB-03/C/16 - Il-Qorti tal-Awdituri (N8-0041/2016 - C8-0228/2016 - 2016/2110(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet V/AB-04/T/16 - Il-Qorti tal-Awdituri (N8-0042/2016 - C8-0229/2016 - 2016/2111(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet V/AB-05/A/16 - Il-Qorti tal-Awdituri (N8-0043/2016 - C8-0230/2016 - 2016/2112(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet V/AB-06/T/16 - Il-Qorti tal-Awdituri (N8-0044/2016 - C8-0231/2016 - 2016/2113(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija (08558/2016 - C8-0214/2016 - 2016/0120(NLE))
irriferut
responsabbli :
AFET
opinjoni :
ITRE, INTA
- Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn il-Ministeru tas-Sigurtà Pubblika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Europol (08364/2016 - C8-0217/2016 - 2016/0808(CNS))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
AFET
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra (08919/2016 - C8-0218/2016 - 2015/0114(NLE))
irriferut
responsabbli :
AFET
opinjoni :
DEVE, INTA
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (COM(2016)0388 - C8-0220/2016 - 2016/0182(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
IMCO
opinjoni :
ECON, CONT
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 (COM(2016)0400 - C8-0223/2016 - 2016/0186(COD)) F'konformità mal-Artikolu 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
CULT
opinjoni :
AFET
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (COM(2016)0401 - C8-0224/2016 - 2016/0187(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
- Rapport dwar is-segwitu tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (2015/2281(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Zdzisław Krasnodębski (A8-0176/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (COM(2015)0496 - C8-0357/2015 - 2015/0239(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Barbara Kappel (A8-0184/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fil-programmi tal-Unjoni (16136/2014 - C8-0044/2015 - 2014/0110(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ramona Nicole Mănescu (A8-0193/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea (13349/2014 - C8-0095/2015 - 2007/0078(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ramona Nicole Mănescu (A8-0194/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija (13395/2014 - C8-0170/2015 - 2008/0027(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ramona Nicole Mănescu (A8-0195/2016)
- Rapport dwar ir-rapport dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli (2016/2041(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Paloma López Bermejo (A8-0196/2016)
- Rapport dwar ir-rapport ta' implimentazzjoni dwar id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (2012/27/UE) (2015/2232(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Markus Pieper (A8-0199/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (COM(2015)0668 - C8-0405/2015 - 2015/0306(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Jussi Halla-aho (A8-0201/2016)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (COM(2016)0201 - C8-0157/2016 - 2016/0109(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Andreas Schwab (A8-0206/2016)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentat mill-Belġju – EGF/2015/012 BE/Hainaut Machinery (COM(2016)0242 - C8-0170/2016 - 2016/2074(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Victor Negrescu (A8-0207/2016)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (COM(2016)0107 - C8-0128/2016 - 2016/0060(CNS)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0208/2016)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali (COM(2016)0106 - C8-0127/2016 - 2016/0059(CNS)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0209/2016)
12. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
- Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea;
- Protokoll addizzjonali għall-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja;
- Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar mekkaniżmu finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021;
- Protokoll addizzjonali għall-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda
13. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-000082/2016) mressqa minn Bernd Lange u Marietje Schaake, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Sanzjonijiet tal-UE li jħallu impatt fuq in-negozju tal-UE fl-Iran (2016/2677(RSP)) (B8-0706/2016)
- (O-000091/2016) mressqa minn Axel Voss, Monika Hohlmeier, Kinga Gál u Michał Boni f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Trasferiment ta' data personali liċ-Ċina: kif se jiġu protetti ċ-ċittadini tal-UE? (2016/2762(RSP)) (B8-0708/2016)
14. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità Baġitarja dwar l-approvazzjoni tat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet DEC 06/2016, DEC 07/2016 u DEC 09/2016 Taqsima III – Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġit iddeċieda ma joġġezzjonax għat-trasferiment tal-approprjazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja INF/4/2016.
Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġit iddeċieda ma joġġezzjonax għat-trasferiment tal- approprjazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew INF/2/2016.
15. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Ġunju II 2016 (PE 584.729/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
L-Erbgħa
Il-President jipproponi, bil-qbil tal-gruppi politiċi, li jdaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u għat-terroriżmu" wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Massakri fil-Lvant tal-Kongo" u li jdaħħal il-mistoqsija b'talba għal tweġiba orali "Trasferiment ta' data personali liċ-Ċina: kif se jiġu protetti ċ-ċittadini tal-UE?" fl-aġenda tas-sessjoni ta' Lulju.
Il-Parlament qabel dwar dawn il-proposti.
Il-Ħamis
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
16. Massakri fil-Lvant tal-Kongo (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Massakri fil-Lvant tal-Kongo (2016/2770(RSP))
Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': Mariya Gabriel f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Charles Goerens f'isem il-Grupp ALDE, Maria Lidia Senra Rodríguez f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jordi Sebastià f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Davor Ivo Stier, Maria Arena u Anna Elżbieta Fotyga.
PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ Viċi President
Interventi ta': Hilde Vautmans, Marie-Christine Vergiat, Michèle Rivasi, Joachim Zeller, Cécile Kashetu Kyenge, Ryszard Czarnecki, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Pier Antonio Panzeri, Eduard Kukan, Doru-Claudian Frunzulică, Francisco Assis u Franz Obermayr.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':Nicola Caputo, Notis Marias u Ivan Jakovčić.
Intervent ta': Tibor Navracsics.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Raffaele Fitto, Angel Dzhambazki u Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR, dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo (2016/2770(RSP)) (B8-0801/2016);
— Mariya Gabriel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Cristian Dan Preda, Joachim Zeller, Michael Gahler, György Hölvényi, Davor Ivo Stier, Theodor Dumitru Stolojan u Krzysztof Hetman f'isem il-Grupp PPE, dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo (2016/2770(RSP)) (B8-0802/2016);
— Maria Arena, Cécile Kashetu Kyenge, Norbert Neuser, Elena Valenciano u Marlene Mizzi f'isem il-Grupp S&D, dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo (2016/2770(RSP)) (B8-0804/2016);
— Maria Lidia Senra Rodríguez, Marie-Christine Vergiat, Malin Björk, Paloma López Bermejo, Jiří Maštálka, Ángela Vallina, Helmut Scholz, Barbara Spinelli, Javier Couso Permuy, Xabier Benito Ziluaga, Tania González Peñas, Estefanía Torres Martínez, Miguel Urbán Crespo u Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo (2016/2770(RSP)) (B8-0805/2016);
— Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Piernicola Pedicini u Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD, dwar il-massakri fil-Kongo tal-Lvant (2016/2770(RSP)) (B8-0807/2016);
— Michèle Rivasi u Maria Heubuch f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo (2016/2770(RSP)) (B8-0808/2016);
— Charles Goerens, Hilde Vautmans, María Teresa Giménez Barbat, Beatriz Becerra Basterrechea, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Urmas Paet, Pavel Telička u Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo (2016/2770(RSP)) (B8-0809/2016).
17. Prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u għat-terroriżmu (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u għat-terroriżmu (2016/2795(RSP))
Bert Koenders (President fil-kariga tal-Kunsill) u Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Monika Hohlmeier f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Maite Pagazaurtundúa Ruiz f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kristina Winberg f'isem il-Grupp EFDD, Steeve Briois f'isem il-Grupp ENF, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Roberta Metsola, Tanja Fajon, James Nicholson, Petr Ježek, Javier Couso Permuy, Beatrix von Storch, Marcel de Graaff, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Kati Piri, Czesław Hoc u Laura Agea.
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME Viċi President
Interventi ta': Mario Borghezio, Axel Voss, Josef Weidenholzer, Eleni Theocharous, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Mircea Paşcu, Richard Sulík, Carlos Coelho, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Mirosław Piotrowski, Milan Zver, Angel Dzhambazki, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Tomáš Zdechovský u Elmar Brok.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Edouard Ferrand u Eleftherios Synadinos.
Interventi ta': Tibor Navracsics u Bert Koenders.
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Kompożizzjoni tal-kumitati
Fuq talba tal-Grupp S&D, il-Parlament irratifika l-ħatra li ġejja:
Kumitat ECON: Pedro Silva Pereira
19. Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (2016/2780(RSP))
Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Jarosław Wałęsa f'isem il-Grupp PPE, Ulrike Rodust f'isem il-Grupp S&D, Czesław Hoc f'isem il-Grupp ECR, Nils Torvalds f'isem il-Grupp ALDE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Linnéa Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gabriel Mato, Ricardo Serrão Santos, Peter van Dalen, Izaskun Bilbao Barandica, Estefanía Torres Martínez, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto u Helmut Scholz.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias u Ivan Jakovčić.
Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska.
Id-dibattitu ngħalaq.
20. Sanzjonijiet tal-Istati Uniti b'impatt fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-UE fl-Iran (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000082/2016) mressqa minn Bernd Lange u Marietje Schaake, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Sanzjonijiet tal-UE li jħallu impatt fuq in-negozju tal-UE fl-Iran (2016/2677(RSP)) (B8-0706/2016)
Bernd Lange daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.
Interventi ta': Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Jan Zahradil f'isem il-Grupp ECR, u Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta': Javier Couso Permuy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Klaus Buchner f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Damiano Zoffoli, Nikolay Barekov, Pavel Telička, Beatrix von Storch, Gilles Lebreton, Zoltán Balczó, Ruža Tomašić, Marcus Pretzell u Lampros Fountoulis.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Georgios Epitideios.
Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska.
Id-dibattitu ngħalaq.
21. Il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali* - Il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati * (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali [COM(2016)0106 - C8-0127/2016- 2016/0059(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0209/2016)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati [COM(2016)0107 - C8-0128/2016- 2016/0060(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0208/2016)
Jean-Marie Cavada ippreżenta r-rapporti.
Intervent ta': Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Axel Voss f'isem il-Grupp PPE, Evelyne Gebhardt f'isem il-Grupp S&D, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL, Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Beatrix von Storch f'isem il-Grupp EFDD, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Rosa Estaràs Ferragut, Branislav Škripek, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liadh Ní Riada, Pavel Svoboda, Enrico Gasbarra, Therese Comodini Cachia, Victor Negrescu, Adam Szejnfeld, Liliana Rodrigues u Jiří Pospíšil.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Ivan Jakovčić u Nicola Caputo.
Interventi ta': Tibor Navracsics u Jean-Marie Cavada.
22. Segwitu tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (dibattitu)
Rapport dwar is-segwitu tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) [2015/2281(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Zdzisław Krasnodębski (A8-0176/2016)
Zdzisław Krasnodębski ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni).
Intervent ta': Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE.
PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI Viċi President
Interventi ta': Silvia Costa f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Ilhan Kyuchyuk f'isem il-Grupp ALDE, Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Maragall f'isem il-Grupp Verts/ALE, Isabella Adinolfi f'isem il-Grupp EFDD, Dominique Bilde f'isem il-Grupp ENF, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomáš Zdechovský, Janusz Korwin-Mikke, Therese Comodini Cachia, Liliana Rodrigues, Liadh Ní Riada, Josep-Maria Terricabras, Tomáš Zdechovský, Victor Negrescu u Ángela Vallina.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Henna Virkkunen, Ruža Tomašić u Ivan Jakovčić.
Interventi ta': Tibor Navracsics u Zdzisław Krasnodębski.
23. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Daniel Buda, Costas Mavrides, Notis Marias, Jozo Radoš, Liadh Ní Riada, Jordi Sebastià, Janusz Korwin-Mikke, Michaela Šojdrová, Clara Eugenia Aguilera García, Ivan Jakovčić, Kateřina Konečná, Arne Lietz, Paloma López Bermejo, Olga Sehnalová, Ángela Vallina, Nicola Caputo u Victor Negrescu.
24. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 584.729/OJJE).