Luke Ming Flanagan avża li huwa kien preżenti għas-seduta tal-23 ta' Ġunju 2016 iżda ismu ma kienx imniżżel fir-reġistru tal-attendenza.
Monika Smolková kienet preżenti għas-seduta tat-28 ta' Ġunju 2016 imma isimha ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.
Il-Minuti tas-seduti tad-dati 22, 23 u 28 ta' Ġunju 2016 ġew approvati.
° ° ° °
Intervent ta': Elisabetta Gardini f'isem il-Grupp PPE, biex tesprimi l-kondoljanzi tagħha lill-familji tad-9 vittmi Taljani tal-attentati fil-Bangladesh u biex tirtira t-talba għal modifika tal-aġenda ta' nhar il-Ħamis prevista inizjalment mill-Grupp tagħha (punt 12 tal-Minuti ta' 4.7.2016).