Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 4 ta' Lulju 2016 - Strasburgu

5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Pollakki u Portugiżi għarrfu bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Urszula Krupa minflok Janusz Wojciechowski, b'effett li jiddekorri mill-24 ta' Ġunju 2016, u ta' Manuel António Dos Santos minflok Elisa Ferreira, b'effett li jiddekorri mit-28 ta' Ġunju 2016.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Urszula Krupa u Manuel António Dos Santos jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza