Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 4 ta' Lulju 2016 - Strasburgu

8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 6 ta' Lulju 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (00020/2016/LEX - C8-0251/2016 - 2013/0119(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (00015/2016/LEX - C8-0250/2016 - 2014/0285(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija (00009/2016/LEX - C8-0249/2016 - 2016/0039(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġurisdizzjoni fl-ewwel istanza f'tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (00022/2016/LEX - C8-0248/2016 - 2015/0906(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (00026/2016/LEX - C8-0236/2016 - 2013/0027(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza