Il-President fakkar, f'isem il-Parlament, lil Michel Rocard, ex Prim Ministru Franċiż u ex Membru tal-Parlament Ewropew.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-attentati terroristiċi reċenti li saru fit-Turkija, fil-Jemen, fil-Bangladesh u fl-Iraq u li ħallew aktar minn 300 ruħ mejta u aktar minn 500 ruħ midruba, ta' oriġini, reliġjon u nazzjonalità differenti. Fakkar li l-Parlament jikkundanna b'mod l-aktar qawwi t-theddida komuni li jirrappreżenta t-terroriżmu internazzjonali.
Luke Ming Flanagan avża li huwa kien preżenti għas-seduta tal-23 ta' Ġunju 2016 iżda ismu ma kienx imniżżel fir-reġistru tal-attendenza.
Monika Smolková kienet preżenti għas-seduta tat-28 ta' Ġunju 2016 imma isimha ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.
Il-Minuti tas-seduti tad-dati 22, 23 u 28 ta' Ġunju 2016 ġew approvati.
° ° ° °
Intervent ta': Elisabetta Gardini f'isem il-Grupp PPE, biex tesprimi l-kondoljanzi tagħha lill-familji tad-9 vittmi Taljani tal-attentati fil-Bangladesh u biex tirtira t-talba għal modifika tal-aġenda ta' nhar il-Ħamis prevista inizjalment mill-Grupp tagħha (punt 12 tal-Minuti ta' 4.7.2016).
5. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Pollakki u Portugiżi għarrfu bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Urszula Krupa minflok Janusz Wojciechowski, b'effett li jiddekorri mill-24 ta' Ġunju 2016, u ta' Manuel António Dos Santos minflok Elisa Ferreira, b'effett li jiddekorri mit-28 ta' Ġunju 2016.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Urszula Krupa u Manuel António Dos Santos jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
6. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-Gruppi S&D, Verts/ALE u EFDD, it-talbiet għal ħatra li ġejjin:
Kumitat DEVE: Manuel António Dos Santos minflok Pedro Silva Pereira
Kumitat ITRE: Jakop Dalunde
Kumitat AFCO: Diane James minflok Petr Mach
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana: Manuel António Dos Santos
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja: Jakop Dalunde
Delegazzjoni għall-Kumitat għall-Kooperazzjoni Parlamentari bejn l-UE u l-Moldova : Jakop Dalunde
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
7. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Tħabbret ir-rettifika P7_TA(2013)0482(COR02) fil-plenarja tat-22 ta' Ġunju 2016 (punt 7 tal-Minuti ta' 22.6.2016).
Billi ma kien hemm l-ebda talba biex titressaq għall-votazzjoni minn grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru (Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura), din ir-rettifika tqieset approvata.
8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 6 ta' Lulju 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (00020/2016/LEX - C8-0251/2016 - 2013/0119(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (00015/2016/LEX - C8-0250/2016 - 2014/0285(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija (00009/2016/LEX - C8-0249/2016 - 2016/0039(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġurisdizzjoni fl-ewwel istanza f'tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (00022/2016/LEX - C8-0248/2016 - 2015/0906(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (00026/2016/LEX - C8-0236/2016 - 2013/0027(COD)).
9. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Frar I, Frar II u Marzu 2016 huma disponibbli fuq is-sit Europarl.
10. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
— (O-000073/2016) imressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: L-eżistenza ta' ostakli nontariffarji fuq l-esportaturi alimentari fis-suq intern tal-UE (2016/2681(RSP)) (B8-0707/2016);
— (O-000094/2016) imressqa minn Thomas Händel, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (2016/2793(RSP)) (B8-0709/2016).
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg b'ħiliet għolja (COM(2016)0378 - C8-0213/2016 - 2016/0176(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli:
LIBE
opinjoni:
EMPL, JURI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 531/2012 fir-rigward tar-regoli għas-swieq tar-roaming bl-ingrossa (COM(2016)0399 - C8-0219/2016 - 2016/0185(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli:
ITRE
opinjoni:
IMCO
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali għall-2016: Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2015 (09586/2016 - C8-0225/2016 - 2016/2051(BUD))
irriferut
responsabbli:
BUDG
opinjoni:
CONT
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2016)0368 - C8-0232/2016 - 2016/0169(NLE))
irriferut
responsabbli:
JURI
opinjoni:
LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2016)0372 - C8-0233/2016 - 2016/0173(NLE))
irriferut
responsabbli:
JURI
opinjoni:
LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Perù mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2016)0367 - C8-0234/2016 - 2016/0168(NLE))
irriferut
responsabbli:
JURI
opinjoni:
LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (06870/2016 - C8-0235/2016 - 2016/0058(NLE))
irriferut
responsabbli:
INTA
opinjoni:
AFET
- Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (kodifikazzjoni) (COM(2016)0408 - C8-0237/2016 - 2014/0175(COD))
irriferut
responsabbli:
JURI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (COM(2016)0418 - C8-0238/2016 - 2016/0193(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (08330/2016 - C8-0239/2016 - 2016/0089(NLE))
irriferut
responsabbli:
LIBE
opinjoni:
BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12099/2015 - C8-0143/2016 - 2015/0199(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0197/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni 2005/267/KE (COM(2015)0671 - C8-0408/2015 - 2015/0310(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Artis Pabriks (A8-0200/2016)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD (2015/2258(INI)) - Kumitat EMPL (kumitat assoċjat) - Rapporteur: Helga Stevens (A8-0203/2016)
- Rapport dwar ir-rifuġjati: inklużjoni soċjali u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol (2015/2321(INI)) - Kumitat EMPL (kumitat assoċjat) - Rapporteur: Brando Benifei (A8-0204/2016)
- Rapport dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE (2015/2340(INI)) - Kumitat AFET (kumitat assoċjat) - Rapporteur: Barbara Lochbihler (A8-0205/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fi programmi tal-Unjoni (05616/2014 - C8-0043/2014 - 2013/0420(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Norica Nicolai (A8-0210/2016)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Introduzzjoni tas-surplus tas-sena finanzjarja 2015 (09586/2016 - C8-0225/2016 - 2016/2051(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: José Manuel Fernandes (A8-0212/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (COM(2015)0341 - C8-0189/2015 - 2015/0149(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Dario Tamburrano (A8-0213/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (COM(2015)0667 - C8-0404/2015 - 2015/0313(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Michael Cramer (A8-0215/2016)
- Rapport dwar l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2010 tal-Parlament dwar l-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà korporattiva (2015/2038(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Eleonora Forenza (A8-0217/2016)
- Rapport dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment (2015/2105(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Tiziana Beghin (A8-0220/2016)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (05581/1/2016 - C8-0188/2016 - 2013/0027(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Andreas Schwab (A8-0211/2016)
12. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Lulju 2016 (PE 585.204/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
— Il-President informa li l-votazzjoni dwar ir-rapport Igor Šoltes dwar il-"Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Leo Brincat" (punt 61 tal-PDOJ) irid ikun pospost minħabba l-fatt li s-smigħ tal-kandidat ma sarx. Konsegwentement, jittawwal it-terminu ta' xahrejn previsti mill-Artikolu 121(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
— Talba mill-Gruppi GUE/NGL u S&D biex jiddaħħal, bħala l-ewwel punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-"Iżviluppi reċenti fil-Polonja u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea", magħluq permezz tat-tressiq ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni li tkun ġiet sottoposta għall-votazzjoni nhar l-Erbgħa.
Interventi ta': Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Enrique Guerrero Salom, favur it-talba, Ryszard Czarnecki, kontra t-talba, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li ppropona li d-dibattitu u l-votazzjoni jsiru fis-sessjoni parzjali ta' Settembru, Rebecca Harms u Manfred Weber biex tissekonda t-talba ta' dan tal-aħħar.
— Talba tal-Grupp S&D biex jiddaħħal, bħala t-tieni punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, dibattitu dwar id-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-"Inizjattivi ġodda marbuta mal-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani".
Interventi ta': Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifika t-talba, u Neoklis Sylikiotis, favur it-talba.
— It-talba tal-Grupp PPE biex jissostitwixxi d-dibattitu dwar il-"Bahrain" (punt 90 tal-PDOJ) b'dibattitu dwar l-"Attakki terroristiċi fil-Bangladesh" ġiet irtirata (punt 4 tal-Minuti ta' 4.7.2016). Il-Parlament qabel ma' tali rtirar.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
13. Limiti tal-emissjonijiet għall-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni ta' kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq [COM(2014)0581 - C8-0168/2014 - 2014/0268(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Elisabetta Gardini (A8-0276/2015)
Interventi ta': Jiří Pospíšil (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Giovanni La Via f'isem il-Grupp PPE, Tibor Szanyi f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Stefan Eck f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, u Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp ENF.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Ivan Jakovčić u Jasenko Selimovic.
Interventi ta': Marianne Thyssen u Elisabetta Gardini.
14. Rifuġjati: inklużjoni soċjali u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol (dibattitu)
Rapport dwar ir-rifuġjati: inklużjoni soċjali u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol [2015/2321(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Brando Benifei (A8-0204/2016)
Brando Benifei ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Julie Ward (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT).
Interventi ta': Thomas Mann f'isem il-Grupp PPE, Jutta Steinruck f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, Tania González Peñas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD.
PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ Viċi President
Interventi ta': Franz Obermayr f'isem il-Grupp ENF, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, Ádám Kósa, Marita Ulvskog, Czesław Hoc, Beatrix von Storch, Mara Bizzotto, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Juan Fernando López Aguilar, Sotirios Zarianopoulos, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Franz Obermayr, Sofia Ribeiro, Agnes Jongerius, Ulrike Trebesius, Lampros Fountoulis, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Julie Ward, Michaela Šojdrová, Javi López, Ruža Tomašić, Udo Voigt, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Thomas Mann, Claude Rolin, Arne Gericke, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Romana Tomc, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska u Marcus Pretzell.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, Notis Marias, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes u Krisztina Morvai.
Interventi ta': Marianne Thyssen u Brando Benifei.
15. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000094/2016) imressqa minn Thomas Händel, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (2016/2793(RSP)) (B8-0709/2016)
Thomas Händel daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta': Elisabeth Morin-Chartier f'isem il-Grupp PPE, Brando Benifei f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Joachim Starbatty f'isem il-Grupp ECR, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Tania González Peñas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Brando Benifei, Anne Sander, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Marita Ulvskog, Beatrix von Storch, Siegfried Mureşan, Agnes Jongerius, Sofia Ribeiro u Sergio Gutiérrez Prieto.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Clara Eugenia Aguilera García, Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica u Georgios Epitideios.
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE [COM(2015)0341 - C8-0189/2015 - 2015/0149(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Dario Tamburrano (A8-0213/2016)
Interventi ta': Martina Werner f'isem il-Grupp S&D, Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Lieve Wierinck, Neoklis Sylikiotis, Benedek Jávor, Barbara Kappel, Gunnar Hökmark, Flavio Zanonato, José Blanco López u Jeppe Kofod.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Seán Kelly.
Interventi ta': Cecilia Malmström u Dario Tamburrano.
17. L-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà korporattiva - Strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment (dibattitu)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2010 tal-Parlament dwar l-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà korporattiva [2015/2038(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Eleonora Forenza (A8-0217/2016)
Rapport dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment [2015/2105(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Tiziana Beghin (A8-0220/2016)
Eleonora Forenza u Tiziana Beghin ippreżentaw ir-rapporti.
Interventi ta': Lola Sánchez Caldentey (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), João Pimenta Lopes (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Tokia Saïfi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Jan Zahradil (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Joachim Schuster (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Dita Charanzová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Esther Herranz García (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Jarosław Wałęsa f'isem il-Grupp PPE, David Martin f'isem il-Grupp S&D, Emma McClarkin f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Christofer Fjellner, Jude Kirton-Darling, Anne-Marie Mineur, Heidi Hautala u Laima Liucija Andrikienė.
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
Interventi ta': Emmanuel Maurel, Karoline Graswander-Hainz u Pedro Silva Pereira.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, Julie Ward, Ruža Tomašić, Miguel Viegas, Csaba Sógor, Notis Marias u Stanislav Polčák.
Interventi ta': Cecilia Malmström, Eleonora Forenza u Tiziana Beghin.
18. Il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE [2015/2340(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Barbara Lochbihler (A8-0205/2016)
Barbara Lochbihler ippreżentat ir-rapport.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Miroslav Mikolášik, Tibor Szanyi, Marek Jurek u Jasenko Selimovic.
19. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Ivan Štefanec, Tibor Szanyi, Marek Jurek, Seán Kelly, Marian Harkin, Kostas Chrysogonos, Josep-Maria Terricabras, Gerard Batten, Laurenţiu Rebega, Pál Csáky, Giorgos Grammatikakis, Ruža Tomašić, Jasenko Selimovic, Miguel Viegas, Dominique Bilde, Andor Deli, Jonás Fernández, Maria Lidia Senra Rodríguez, Romana Tomc, Emilian Pavel, Dariusz Rosati, Virginie Rozière, Csaba Sógor, Catherine Stihler, Seán Kelly, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Tomáš Zdechovský u Esther Herranz García.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 585.204/OJMA).